jesusandmary

 

 HAMES ARTIKLU

Niżel il-Limbu, mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet;

 

Ahna nemmnu li meta Kristu miet huwa nizel fil-Limbu.

 X’inhu l-“limbu”, li fih niżel Ġesù?

Meta nghidu li Kristu nizel fil-Limbu nifhmu li wara li miet ir-ruh ta’ Kristu nizlet f’post jew stat ta’ mistrieh, li ahna nsejhulu limbu, fejn l-erwieh tal-gusti kienu qed jistennewh.

Il-gusti kienu jistennew herqana l-Feddej tagħhom biex jidħlu fl-aħħar mill-aħħar fid-dehra ta’ Alla. Wara li kien rebaħ, permezz tal-mewt tiegħu, il-mewt u x-xitan “li kellu l-mewt f’idejh” (Lhud 2,14), huwa ħeles lill-ġusti li kienu jistennew lill-Feddej u fetħilhom il-bibien tas-sema.

Kristu qam tassew mill-mewt, rebah id-dnub u ta hajja lil dawk kollha li jaccettaw li jemmenu fih.Il-Qawmien ta’ Ġesù mill-mewt huwa l-qofol tal-verità tal-fidi tagħna fi Kristu, u flimkien mas-Salib, jirrappreżenta parti essenzjali mill-Misteru tal-Għid.

Hemm xiehda diversi li jixdhu ghall-Qawmien ta’ Kristu mill-mewt. Din x-xiehda nsibuha fil-Vangelu.

Minbarra s-sinjal essenzjali magħmul mill-qabar vojt, il-Qawmien mill-mewt ta’ Ġesù għandu x-xhieda tan-nisa li kienu l-ewwel nies li ltaqgħu ma’ Ġesù u li ħabbruh lill-Appostli. Ġesù mbagħad “deher lil Kefa (Pietru) u mbagħad li-Tnax. Deher imbagħad lil aktar minn ħames mitt aħwa flimkien” (1 Kor 15,5-6) u wkoll lil oħrajn. L-Appostli ma setgħux jivvintaw huma l-qawmien mill-mewt, għaliex din dehret għalihom bħala impossibbli: fil-fatt Ġesù wkoll ċanfarhom għan-nuqqas ta’ fidi tagħhom.

Kristu rxoxt ma deherx lid-dinja, imma lid-dixxipli, u għamilhom xhieda tiegħu quddiem il-poplu.

Il-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni seħħ fil-milja kollha tiegħu fil-qawmien mill-imwiet. Dan jikkonferma d-divinità ta’ Kristu, kif ukoll dak kollu li Hu għamel u għallem, u jwettaq il-wegħdiet divini kollha għall-ġid tagħna. Barra minn dan, l-Irxoxt, rebbieħ fuq id-dnub u l-mewt, hu l-bidu tal-ġustifikazzjoni u l-ħajja ġdida tagħna: sa minn issa jagħtina l-grazzja ta’ l-adozzjoni ta’ wlied, li ġġib tisħib tassew fil-ħajja tiegħu ta’ Iben il-waħdieni; imbagħad fl-aħħar taż-żmien, huwa jqajjem il-ġisem tagħna.

Make a free website with Yola