jesusandmary

 

 

 

10. Il-MAHFRA TAD-DNUBIET

 

Meta aħna nirċievu l-Magħmudija li tnaddafna minn kull tinġis tad-dnub, il-maħfra li nirċievu hi hekk

 

kbira u hekk sħiħa, li ma jibqa’ xejn li jeħtieġlu jitħassar, la d-dnub tan-nisel, u lanqas id-dnubiet li nkunu għamilna bir-rieda tagħna, u lanqas ikun hemm xi piena li biha nkunu għad irridu npattu … Iżda l-grazzja tal-Magħmudija ma teħlisniex mid-dgħufija tan-natura tagħna. Għall-kuntrarju, inkunu rridu nkomplu nikkumbattu t-tqanqil kollu tal-konkupixxenza li ma tieqaf qatt tiġbidna lejn il-ħażen

F’din it-taqbida kontra l-ġibda lejn il-ħażen, min jista’ jkun hekk b’saħħtu, hekk attent li jeħles mill-ġerħiet kollha tad-dnub?

Ghad-dnubiet li l-bniedem ikun ghamel wara l-maghmudija, Kristu waqqaf is-Sagrament tal-Qrar jew tar-Rikonciljazzjoni li permezz tieghu l-imghammed ikun jista jerga’ jaghmel paci ma’ Alla.

Hu permezz tas-sagrament tal-Penitenza li l-imgħammdin jerġgħu jinħabbu ma’ Alla u mal-Knisja:

Dan is-sagrament ta’ Penitenza. għal dawk li waqgħu fid-dnub wara l-Magħmudija, hu meħtieġ daqs kemm hi meħtieġa l-Magħmudija għal dawk li għad ma twildux mill-ġdid.

Is-setgha li tahfer id-dnubiet tinsab f’idejn il-knisja.Kien Kristu stess li ta lill-Knisja l-missjoni s-setgħa li taħfer id-dnubiet: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura , u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma” (Ġw 20,22-23).

M’hemmx ħtija, kbira kemm hi kbira, li l-Knisja ma għandhiex is-setgħa li taħfer. “Ma hemmx bniedem daqstant ħażin u ħati, li ma għandux jittama u jkollu ċ-ċertezza li jista’ jiġi maħfur, sakemm is-sogħba tiegħu tkun tassew ħierġa mill-qalb”. Kristu, li miet għall-bnedmin kollha, irid li fil-Knisja tiegħu il-bieb tal-maħfra jkun dejjem miftuħ għal kull min jerġa’ lura mid-dnub

Make a free website with Yola