IT-TIENI ARTIKLU
U F’GESU’ KRISTU IBNU WIEHED SIDNA
Dan it-tieni artiklu tal-Kredu ta’ l-Appostli jghallimna li l-Iben t’Alla, huwa t-Tieni Persuna tas-Ssma Trinita; li bhal Missier huwa Alla etern, omnipotenti, Kreatur u Mulej; li sar bniedem bhalma biex jifdina u dan l-Iben t’Alla maghmul bniedem insejhulu Gesu’ Kristu.
L-Iben ta’ Alla nsejhulu ukoll Gesu’ li tfisser Salvatur, billi huwa ha fuq spallejh dnubietna u bil-mewt tieghu fdiena minn mewt eterna li ahna kien jisthoqilna minhabba dnubietna.
Kien Alla li ta dan l-isem lil Ibnu maghmul bniedem meta l-Arkanglu Gabirjiel habbar li Marija l-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni. Dan Gesu’, l-Iben ta’ Alla nsejhulu wkoll Kristu li tfisser il-midluk jew l-konsagrat billi s-slaten, sacerdoti u profeti ta’ l-antik testament kienu kollha midluka biz-zejt; u Gesu’ huwa r-re tar-rejiet, Sacerdot Ewlieni u Profeta Kbir. Id-dilka ta’ Gesu’ ma kienitx materjali bhal tas-slaten, sacerdoti u profeti izda haga divina u spiritwali ghaliex d-Divinta’ kienet tghammar fih. Hekk stqarr Alla l-Missier meta Kristu tela’ mill-ilmijiet tal-Gordan: “Dan hu Ibni l-mahbub, lilu isimghu.”
Il-migja ta’ Kristu kienet imhabbra sa minn eluf ta’ snin qabel; il-weghda saret lil Adam u Eva u giet kemm-il darba konfermata lill-Patriarki. Fl-iskrittura hemm bosta profeziji li jhabbru l-migja tieghu diversi persuni tat-Testment il-Qadim huma figura tieghu.
Principalment dawn huma:
l-innocent Abel;
il-qassis il-kbir Melkisedek;
is-sagrifficju ta’ Isakk;
Guzeppi mibjugh minn hutu;
Il-profeta Gona;
Il-haruf ta’ l-Ghid;
Is-serpent tal-bronz imwaqqaf minn Mose’ fid-dezert.
Bla ebda dubju Gesu’ hu Alla u huwa Alla l-Missier li jaghti xiehda TA’ DAN META QAL: “Dan hu Ibni l-mahbubli Bih nitghaxxasq; Lilu isimghu.” Il-mirakli huma prova ohra li Gesu’ hu Alla billi Alla biss jista’ jopra l-mirakli. It-taghlim ta’ l-Appostli u t-taghlim tal-knisja huma ghajn ohra li minnha naghrfu id-divinita’ ta’ Kristu. Il-mirakli principali li wettaq Kristu huma dawn: barra l-Qawmien tieghu mill-mewt, huwa fejjaq il-morda, ta d-dawl li ghomja, s-smigh lit-torox u hajja lill-mejtin.
Kristu huwa veru Alla u veru bniedem u z-zewg naturi huma maghquda f’persuna wahda u dina divina.
Il-Koncilju ta’ Kalcedonja jghallem li l-fidili ghandhom jistqarru li l-Mulej Gesu’ huwa veru Alla u veru bniedem, konsustantzjali mal-Missier permezz tad-divinta’ u konsustanzjali maghna bl-umanita’, kollox bhalna barra mid-dnub (Lhud 4:15) li gej mill-Missier qabel kull zmien rigward id-divinita’ tieghu u rigward l-umanita’ tieghu, dan l-ahhar ghalina u ghas-salvazzjoni taghna twieled minn Marija Vergni u Omm Alla.
XI HAGA PRATTIKA:
NITLOB LI GESU’ JZOMMNI QAWWI U SHIH FIL-GRAZZJA T’ALLA
U
QATT MA INLISSEN B’ZEBLIH LISEM IMQADDES TIEGHU.