jesusandmary

7. “MINN HEMM GHANDU JIGI BIEX JAGHMEL IL-HAQQ MILL-HAJJIN U MEJTIN.

 

“ Il-migja tal-Mulej, it-tieni wahda, issehh zgur. Meta ma nafux, izda issehh; ukoll jekk “mhux biċċa tagħna li nkunu nafu l-waqt u ż-żmien li l-Missier għażel bis-setgħa tiegħu” (Atti 1,7; ara Mk 13,32). Pero’ jidhru xi sinjal li l-migja tal-Messija tkun fil-qrib. Qabel il-miġja ta’ Kristu, il-Knisja trid tgħaddi mill-prova ta’ l-aħħar li ġġarrab il-fidi ta’ ħafna minn dawk li jemmnu (ara Lq 18,8; Mk 24,12). Il-persekuzzjoni li hi dejjem imsieħba mal-Knisja fil-mixi tagħha fid-dinja (ara Lq 21,12; Ġw 15,19-20) tikxef “il-misteru tal-ħażen” u turih bħala qerq reliġjuż li jagħti soluzzjoni taparsi lill-bnedmin bħala premju ta’ l-apostasija tagħhom, taċ-ċaħda tagħhom tas-sewwa.

L-ogħla qerq reliġjuż hu dak ta’ l-antikrist, jiġifieri ta’ dak li hu messjaniżmu taparsi fejn il-bniedem jigglorifika lilu nnifsu flok jigglorifika ‘l Alla u l-Messija tiegħu li ġie fostna bħala Alla magħmul bniedem (ara 2 Tes 2,4-12; 1 Tes 5,2-3; 2 Ġw 2,18-22). Meta jerga’ jigi Kristu allura dan jigi biex jaghmel il-gudizzju minn kull hlejqa. Wara li ħabbruh il-profeti (ara Dan 7,10; Ġoel 3-4; Mal 3,19) u wara li ħabbru San Ġwann Battista, Ġesù, fil-predikazzjoni tiegħu, ħabbar hu wkoll il-ġudizzju ta’ l-aħħar jum. Imbagħad toħroġ fid-dawl l-imġiba ta’ kull wieħed (ara Mk 12,38-40) u jinkixfu l-ħsibijiet l-aktar moħbija tal-qlub (ara Lq 12,1-3; Ġw 3,20-21; Rum 2,16; 1 Kor 4,5). Imbagħad jiġi kkundannat in-nuqqas ta’ fidi, il-ħtija ta’ l-istmerrija tal-grazzja offerta minn Alla (ara Mt 11,20-24; 12,41-42). L-imġiba mal-proxxmu turi jekk ġietx milqugħa jew imwarrba l-grazzja u l-imħabba ta’ Alla (Mt 5,22; 7,1-5).

Fl-aħħar jum, Ġesù, jgħid: “Kull ma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi” (Mt 25,40). Kristu hu Sid il-ħajja ta’ dejjem. Hu għandu d-dritt kollu li jagħmel ħaqq darba għal dejjem mill-għemejjel u l-qlub tal-bnedmin għax hu l-Feddej tad-dinja. “Kiseb” dan id-dritt permezz tas-salib tiegħu. Il-Missier ukoll “ħalla f’idejn l-Iben biex jagħmel il-ħaqq kollu hu” (Ġw 5,22; ara Ġw 5,27; Mt 25,31; Atti 10,42; 17,31; 2 Tim 4,1). Issa, l-Iben ma ġiex biex jagħmel ħaqq, imma biex isalva (ara Ġw 3,17) u biex jagħti l-ħajja li hemm fih (ara Ġw 5,26). Kull wieħed li rrifjuta l-grazzja ta’ din il-ħajja li hi fi Kristu, jagħmel hu stess ħaqq minnu nnifsu (ara Ġw 3,18; 12,48) u jieħu skond għemilu (ara 1 Kor 3,12-15); jista’ għalhekk jibgħat lilu nnifsu għall-kundanna ta’ dejjem għax iċċaħħad mill-Ispirtu ta’ l-imħabba (ara Mt 12,32; Lh 6,4-6; 10,26-31).

 Forsi wiehed jista’ jistaqsi ghaliex il-htiega tal-gudizzju universali meta l-bniedem diga jkun gie gudikat wara mewtu? Il-gudizzju universali hu mehteig ghal diversi ragunijiet. (1) Sabiex Alla jkun igglorifikat (2) anke Gesu’ jkun igglorifikat flimkien mal-qaddisin tieghu; U sabiex il-hziena li f’hajjithom ghazlu t-tahwid u l-konfuzjoni jkunu mhawda quddiem il-gudizzju rett ta’ Alla u (3) fl-ahhar nett ir-ruh flimkien mal-gisem tiehu l-premju jew kastig li jkun haqqu. Fl-ahhar jum, jigifieri meta Kristu jigi fil-glorja, tidher ir-rebha shiha tat-tajjeb fuq il-hazin li bhal qamha u s-sikran jkunu kibru flimkiem matul iz-zminijiet u jinkixfu l-hsibijiet mohbija tal-qlub li jircievu premju jew kastig skond kemm wiehed ikun laqa’ jew stmerr il-grazzja ta’ Alla.

Make a free website with Yola