jesusandmary

 

 

9. il-Knisja Mqaddsa Kattolika, ix-Xirka tal-Qaddisin

 

Il-kelma knisja ma tfissirx it-tempju tal-gebel, izda t-tempju haj maghmul mill-popli kollha tad-dinja, popli li jiffurmaw gemgha wahda ta’ dawk li permezz tal-fidi u l-Maghmudja huma wlied Alla, membri tal-ġisem ta’ Kristu u tempju ta’ l-Ispirtu s-Santu.

Kristu bil-missjoni tieghu pprepara t-triq ghall-knisja tieghu. Huwa hu l-fundatur taghha. Mieghu gabar tnax l-appostlu u dixxipli ohra li ghallimhom u baghathom ihabbru l-bxara t-tajba mad-dinja kollha. Dawn il-messagiera ta’ Kristu ssahhu fil-fidi taghhom meta nizel l-Ispirtu Santu fuqhom. Dan sahhahom fil-fidi u ma bezghux ixandru l-Kelma t’Alla anke jekk hedduhom li jnehhulhom hajjithom, kif fil-fatt gara.

Dan l-Ispirtu Qaddis ghadu jahdem fil-knisja u jibniha fl-imħabba bil-Kelma ta’ Alla, bis-sagrament, bil-virtujiet u bil-kariżmi.

Il-knisja ta’ Kristu hija wahda l-fidi taghha, hija l-istess wahda kullimkien f’kull parti tad-dinja, ghandha l-istess sagramenti ghall-qdusija tal-membri taghha u dawk li jmexxuha gejjin mill-linja la taqta’ ta l-appostli.

Ghalkemm maz-zminijiet xi membri nsara hargu mill-knisja ghax kienu ta’ fehma differenti, hija xewqa tal-knisja ta’ Kristu li dawn jum wiehed jergghu jinqaghdu flimkien biex ikunu knisja wahda tahtt rghaj wiehed kif riedha u xtraqha l-fundatur taghha Gesu’ Kristu. Biex isehh dan il-ghan l-insara huma mhegga jitolbu lil Alla biex jixhet il-grazzja tieghu fuq dawn l-insara hutna nifruda.

Il-knisja hija qaddisa ghaliex il-fundatur taghha hu qaddis, l-istess Alla nnifsu. L-Ispirtu Qaddis Tieghu jsostniha bil-grazzja tieghu u hekk tikber fl-imhabba. Ghandha mezzi effikaci biex il-membri taghha jsiru qaddisin u jsalvaw ruhhom.

Il-knisja hija ukoll kattolika jew universali billi kontinwament thabrek biex ixxerred l-evangelju lill-gnus kollha kif riedha Kristu li taghmel. Għax Kristu ordna: “Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-Isem tal-Missier, ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu” (Mt 28,19). Dan il-mandat missjunarju tal-Mulej għandu l-ewwel bidu tiegħu fl-imħabba ta’ dejjem ta’ Alla, li bagħat lil Ibnu u lill-Ispirtu s-Santu għax “irid li l-bnedmin kollha jkunu salvi u jaslu biex jagħrfu l-verità” (1 Tim 2,4).

Il-knisja hija wkoll appostolika ghax imwaqqfa fuq l-appostli u l-linja tas-successuri taghha hija gejja minnhom. Is-suċċessjoni appostolika hi t-trasmissjoni, permezz tas-Sagrament tal-Ordni Sagri, tal-missjoni u tas-setgħa tal-Appostli lis-suċċessuri tagħhom, l-Isqfijiet. Permezz ta’ din it-trasmissjoni, il-Knisja tibqa’ fix-xirka ta’ fidi u ta’ ħajja mal-bidu tagħha, filwaqt li tul is-sekli tqassam u tmexxi l-appostolat tagħha kollu għat-tixrid tas-Saltna ta’ Kristu fuq l-art.

Il-knisja ta’ Kristu ghandha d-don ta’ l-infallibilta’. L-infallibiltà titħaddem meta l-Isqof ta’ Ruma, bis-saħħa ta’ l-uffiċċju tiegħu bħala l-ogħla ragħaj tal-Knisja, jew il-Kulleġġ tal-Isqfijiet f’għaqda mal-Papa, l-aktar f’Konċilju Ekumeniku, iħabbar b’att definittiv xi duttrina tal-fidi jew tal-morali, u wkoll meta l-Papa u l-Isqfijiet, fil-Maġisteru Ordinarju tagħhom, jaqblu li jipproponu xi duttrina bħala definittiva. Kull fidil irid jilqa’ bl-ubbidjenza tal-fidi dan it-tagħlim.

Ghalkemm il-knisja hija maghmulha mill-Papa bhala l-Kap vizibbli taghha, mill-Isqfijiet u sacerdoti li jghinuh, il-fidili lajci huma fid-dmir li jghinu kif u fejn jistghu biex tinxtred u tikber is-saltna ta’ Alla fuq l-art.

“NEMMEN FIX-XIRKA TAL-QADDISIN”

Ix-xirka tal-Qaddisin tfisser l-ghaqda tan-nies li ghax ghexu l-vangelu f’hajjithom issa jinsabu jgawdu lil Alla ghal dejjem. Lilu jaghtu tifhir u glorja li ma tispicca qatt billi l-premju hu etern. Dawn in-nies gusti jintercedu ghalina quddiem Alla fil-htigiet taghna spiritwali u materjali.

Din l-espressjoni tfisser ukoll l-għaqda bejn persuni qaddisa (sancti), jiġifieri bejn dawk li permezz tal-grazzja huma magħquda ma’ Kristu mejjet u rxoxt. Uħud għadhom ikomplu l-mixja tagħhom fuq din l-art; oħrajn, wara li temmew din il-mixja, qed jissaffew, megħjunin ukoll bit-talb tagħna; oħrajn imbagħad ġa qed jikkontemplaw il-glorja ta’ Alla u jitolbu għalina. Kollha flimkien jiffurmaw fi Kristu familja waħda, il-Knisja, għat-tifħir u l-glorja tat-Trinità.

Fl-ewwel post tigi Marija Santissma, Omm Gesu’ u li hija wkoll Omm il-knisja. Ghalija hemm riservata kult differenti minn dik li naghtu lil Alla li ahna nsejhulu ADORAZZJONI u anke minn dik li naghtu lill-qaddisin.

Huwa kult singulari, iżda essenzjalment differenti mill-kult ta’ adorazzjoni, li jingħata biss lit-Trinità Qaddisa. Dan il-kult ta’ qima jintwera fil-festi liturġiċi f’ġieħ il-Verġni Omm Alla u fit-talb Marjan, bħar-Rużarju li hu l-Evanġelju miġbur fil-qosor.

Nitolbu lil Marija u lill-qaddisin protetturi taghna biex jindahlu ghalina quddiem Alla u b’hekk noktru fil-fidi taghna lejn Alla, fit-tama li jum wiehed insalvaw u fl-imhabba lejn Alla u lejn il-proxxmu taghna.

Make a free website with Yola