jesusandmary

 

 

 6. “ĠESÙ TELA’ FIS-SMEWWIET, QIEGĦED IN-NAĦA TAL-LEMIN TA’ ALLA L-MISSIER LI JISTA’ KOLLOX”

 

X’tifsira ghandu t-tlugh ta’ Kristu fis-sema?

Wara erbgħin jum minn meta wera’ ruħu lill-Appostli tiegħu taħt l-aspetti tal-ħajja ordinarju tal-bniedem, li kienu jostru l-glorja tiegħu Irxuxtat, Kristu tela’ s-sema u qagħad in-naħa tal-lemin tal-Missier. Hu l-Mulej li issa qiegħed isaltan bin-natura umana tiegħu fil-glorja ta’ dejjem ta’ Iben ta’ Alla u jidħol dejjem għalina bħala medjatur quddiem il-Missier. Jibagħtilna l-Ispirtu tiegħu u jagħtina t-tama li darba għad inkunu għal dejjem miegħu fil-post li ħejjielna.

L-erbghin jum li Kristu baqa’ ma’ l-appostli servew biex ikompli jghallimhom il-veritajiet tal-fidi u jsahhahom fit-taghlim tieghu. Matul dan iz-zmien ried juri lil appostli u d-dixxipli l-ohra li hu tassew kien qam mill-imwiet kif kif qal, qabel ma il-kapijiet tal-Lhud flimkien ma’ Pilatu baghtuh ghall-mewt tas-salib.

Huwa tela’ fis-sema bis-setgha divina li kellu.

It-Tlugħ ta’ Kristu fis-sema hi d-dħul definittiv tal-umanità ta’ Ġesù fis-saltna ta’ Alla fis-sema, minn fejn għad jerġa’ jiġi (ara Atti 1,11), iżda għalissa din is-saltna hi moħbija għal għajnejn il-bnedmin (ara Kol 3,3).

Ġesù Kristu, ir-Ras tal-Knisja, mar qabilna fis-saltna glorjuża tal-Missier biex aħna, il-membri tal-ġisem tiegħu, ngħixu fit-tama li darba għad inkunu għal dejjem miegħu.

Ġesù Kristu, issa li daħal darba għal dejjem fis-santwarju tas-sema, jidħol dejjem għalina bħala medjatur tagħna u jiżgurana li l-Ispirtu s-Santu jibqa’ dejjem jissawwab fina.

Make a free website with Yola