jesusandmary

 

  L-ITTRA TAL-PAPA BENEDITTU XVI FUQ IS-SENA TAL-FIDI

(IT-TIENI PARTI)

6. It-tigdid tal-knisja isehh meta ahna naghtu xiehda ta’ dak li nemmnu b’hajjitna: l-insara huma msejha biex juru fid-dawl tal-verita dak li Kristu hallilna bhala wirt. Il-Koncilju fil-Kostituzzjoni Dommatika Lumen Gentium jghid li filwaqt li Kristu hu qaddis, innocenti u minghajr dnub, gie biex ipatti ghad-dnubiet tal-bnedmin, il-Knisja thaddan maghha l-midimbin u tara l-htiega li tippurifika ruhha billi timxi t-triq tal-penitenza u t-tigdid. Il-knsija quddiem il-persekuzzjonijiet tad-dinja u l-konsolazzjoniet ta’ Alla thabbar is-salib u l-mewt sa ma jigi Kristu. Bil-qawwa tal-Mulej irxuxtat hija tircievi l-qawwa biex teghleb il-kuntrarju u d-dieqa bil-pacenzja u fl-imhabba, kemm dawk li jigu minn barra kif ukoll dawk li jigu minn gewwa. Minn dan l-angolu, is-Sena tal-Fidi ghandha l-ghan li issejjah ghall-konverzjoni u tigdid awtentiku lejn il-Mulej, l-unikuSalvatur tad-dinja. Alla wera’ imhabbtu li ssalva u ssejjah ghall-konversjoni u l-mahfra tad-dnubiet.
 
7. Hija l-imhabba ta’ Kristu li timla’ lill- qalb taghna u theggigna li nxerrdu l-evangelju. Il-lum bhal fl-imghoddi huwa jibghatna nxandru l-ahbar t-tajba tieghu madwar id-dinja kolha. Permezz ta’ imhabbtu Kristu jattira hafna nies minn kull generazzjoni u dan jaghmlu bis-sahha tal-knisja li waqqaf hu u li lilha fdalha biex tipproklama l-evangelju. Jehtieg li jkun hemm impenn aktar qawwi ekklesjali biex ikun riskopert il-ferh li wiehed jemmen u l-entuzjazmu li tikkomunika l-fidi. Meta wiehed jiskopri mill-gdid imhabbtu jum b’jum, l-impenn missjunarju ta’ dawk li jemmnu jhaddan forza u hegga li qatt ma jninu. Il-fidi tikber meta nghixuha bhala esperjenza ta’ imhabba ricevuta u meta tkun kommunikata bhala esperjenza ta’ grazzja u ferh. Tassew li l-fidi tiftah il-qlub u l-imhuh ta’ dawk li jisimghu u jikkorrespondu ghall-istedina tal-Mulej biex izommu shih mal-kelma tieghu u jsiru dixxipli tieghu. “Min jemmen isahhah lilu nnifsu, “ jghid Santu Wistin. Hajtu kienet tfittix kontinwu ghas-sbuhija tal-fidi sakemm qalbu sabet il-mistrieh taghha f’Alla. Il-kitba tieghu tispjega l-importanza li wiehed jemmen u l-verita’ tal-fidi; il-kitba tieghu hija patrimonju ta’ gherf kbir li sal-lum tghin hafna nies li jridu jkunu jafu seww min hu Alla, jsibu il-vera triq li tifthilhom il-bieb tal-fidi.
 
Huwa biss meta temmen li l-fidi tikber u ssir aktar b’sahhitha.
 
8. Nixtieq nistieden lil huti isqfijiet mid-dinja kollha biex ninghaqdu mas-Successur ta’ Pietru matul dan iz-zmien ta’ grazzja li l-Mulej qed joffrilna biex jiftakru f’dan id-don prezzjuz tal-fidi. Din is-sena rridu niccelebrawha b’mod li thalli l-aktar frott. Ir-riflessjoni fuq il-fidi jehtieg li tkun intensifikata biex nghinu lil dawk li jemmnu fi Kristu jsiru haga wahda mal-vangelu specjalment f’din il-bidla profonda bhala ma’ l-umanita’ ghaddejja minnha. Irid ikollna l-opportunita’ li nistqarru l-fidi taghna fil-Mulej Irxoxt fil-katedrali taghna u fil-knejjes kollha tad-dinja; fid-djarna u fost il-familji taghna sabiex kull wiehed ihoss il-htiega li jikber hu u jghaddi lill-generazzjonijiet futuri l-fidi . Il-kommunitajiet religjuzi kif ukoll dawk parrokjali ghandhom isibu mezz biex matul din is-sena jistqarru pubblikament dak li jemmnu : il-KREDU.
 
9. Irridu li din is-sena tqajjem f’kull wiehed li jemmen l-aspirazzjoni ta’ fidi shiha u konvinta. Tkun opportunita’ tajba li wiehed jikber fil-fidi permezz tac-celebrazzjoni tal-liturgija, specjalment bl-EWKARISTIJSA, li hija l-qofol ta’ l-attivita’ tal-knisja….u anke il-ghan mnejn hija tixrob l-energija taghha. Matul din is-sena kull min jemmen ghandu jiskopri l-fidi li huwa jipprofessa, jiccelebra, jghix u jitlob u jirrifletti fuqha, dover li kull nisrani ghandu jhares.
Kien hemm raguni li l-ewlenin insara kienu jitghallmu l-kredu bl-amment. Kienet isservihom bhala talba ta’ kuljum, biex ma jinsewx l-impenn li kienu hadu fuqhom fil-Maghmudija.
 
10. Mhux bizzejjed li wiehed ikun jaf it-twemmin tieghu, izda irid jiftah qalbu, dak l-ispazju sagru fil-persuna tieghu, biex ihalli l-grazzja t’Alla tahdem fih. L-istqarrija bix-xufftejn titlob perkonsegwenza xiehda pubblika u impenn. Nisrani qatt ma jista’ jahseb li l-fidi hija xi haga privata. Il-fidi taghna hija l-ghazla taghna li nkunu mal-Mulej biex nghixu mieghu.
 
Evidentement wiehed irid ikun jaf il-kontentu tal-fidi tieghu biex jaccetta t-twemmin jigifieri li jaccetta dak kollu li temmen u tghallem il-knisja. Meta naccettaw dak kollu li temmen u tghallem il-knisja, ifisser li ahna liberament naccettaw il-misteru kollu tal-fidi taghna, ghaliex dan gej minn Alla li huwa dak li jiggaranttixxi l-verita’
 
marzu2012

 l-ahhar parti ta' l-ittra  fix-xahar ta' april

Make a free website with Yola