jesusandmary

 

 

 

SINJALI LI FI BNIEDEM HEMM IL-FIDI

 

 1. San Gakbu jikteb lil insara u jghidilhom li l-fidi u l-opri jimxu flimkien. “Urini l-fidi tieghek mill-opri tieghek.” L-ezempju tajjeb tieghek jista’ jkun priedka ghal ta’ madwarek u jqanqal erwieh biex jduru lejn Kristu l-uniku Salvatur tal- bniedem.

 2. Bniedem ta’ fidi vera jqieghed dejjem lil Alla fl-ewwel post f’hajtu ghax ahna ilkoll ulied Alla. L-iben / bint dejjem ifittxu li jghogbu lil missierhom u jaghmlu l-volonta tieghu. Hekk ahna bhala ulied t’Alla ghandna nhabirku li naraw x’inhi l-volonta’ ta’ Alla ghalina u nimxu fuqha.

3. Il-fidi fina tikber meta ahna nisimghu jew naqraw l-kelma t’Alla u nippratikawha. Ghaldaqstant nallokaw hin ghall-qari tal-Kelma t’Alla.

4. Fidi kbira f’Alla ggaghlek tintelaq f’idejn il-Hallieq taghna minghajr ma tistaqsi ghaliex. Fejn narawha qed tonqos nitolbu lil Alla bhal dak il-missier li talab lil Gesu’ biex ihenn ghal ibnu. “Imma inti temmen li nista’ naghmel dan?”, qallu Gesu’. “Iva,” wiegeb il-missier. “Ghin il-fidi dghajfa tieghi.”

 5. Bniedem ta’ fidi ma jisthix jistqarr lil Alla u t-taghlim ta’ Gesu’ Kristu anke quddiem min jippersegwitah u jipprova jwaqqghu ghac-cajt. Fidi bhal din tkun soda daqs il-blat. U ghandha hlas kbir quddiem Alla. Gesu’ stess. il-Kelma Inkarnata weghdna li “min jisthi jistqarrni quddiem il-bnedmin jiena nisthi nistqarru quddiem Missieri li hu fis-smewiet, izda min jistqarni quddiem il-bnedmin jiena ma nisthix nistqarru quddiem Missier li hu fis-smewwiet u l-angli tieghu.”

Make a free website with Yola