jesusandmary

IL-PARABBOLA TA' L-GHAXAR XEBBIET

[Mt:25:1] "Mbagħad is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma' għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. [Mt:25:2] Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, [Mt:25:3] għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, [Mt:25:4] waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. [Mt:25:5] L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu. [Mt:25:6] Mbagħad f'nofs ta' lejl instama' min jgħajjat, 'Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!' [Mt:25:7] Dawk ix-xebbiet qamu lkoll u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom. [Mt:25:8] Iżda l-boloh qalu lill-għaqlin, 'Agħtuna ftit żejt minn tagħkom, għax l-imsiebaħ tagħna jintfew.' [Mt:25:9] Qabżu l-għaqlin u qalu, 'Għandu mnejn ma jibqax biżżejjed, la għalina u lanqas għalikom! L-aħjar, morru għand tal-ħanut u ixtru għalikom.' [Mt:25:10] Xħin dawk marru biex jixtru jiġi l-għarus; dawk li kienu lesti daħlu miegħu għall-festa tat-tieġ, u l-bieb ingħalaq. [Mt:25:11] Saflaħħar waslu wkoll ix-xebbiet l-oħra, u bdew jgħidu, 'Sinjur, Sinjur, iftħilna!' [Mt:25:12] Iżda hu weġibhom u qal,'Tassew, ngħidilkom, lilkom ma nafkomx.' [Mt:25:13] Ishru, mela, għaliex la tafu l-jum u lanqas is-siegħa.

Wara li tkun qrajt sewwa din il-parabbola ikteb it-twegibiet ta’ dawn il-mistoqsijiet u qabbilhom mat-twegibiet li ghandek issib fl-ahhar tal-pagna : (no cheating please)

1. Kemm xebbiet kienu mistiedna ghall-festa tat-tieg ?

2. L-gharus gie ghall-festa tat-tieg tieghu matul il-lejl. VERU jew FALZ.

 
3. Ix-xebbiet kollha kellhom l-imsiebah imma hamsa minnhom kellhom xi haga nieqsa. X’kienet ?

4. Kif inhuma meqjusa dawn ix-xebbiet li ma kellhom zejt fil-kwies ?

5. X’kienet ix-xorti tax-xebbiet boloh ?

6. X’gara mix-xebbiet ghaqlin ?

X'messag jrid jghaddi Kristu lis-semmiegha tieghu............

 1. Li n-nisrani ghandu jkollu d-dawl f'idejh jigifieri hajtu ghandu tkun mdawla b'opri tajba bhad-dawl taz-zerniq li aktar ma jisbah aktar jitqawwa fl-intensita' tieghu.

2. B'hekk ikun preparat biex jiltaqa' ma' l-Imghallem tieghu anke ghal-gharrieda billi din il-laqgha mhux maghruf ghalina meta ser tkun.

3. Bis-sahha ta' din il-preparazzjoni dejjiema xortina tkun bhal tax-xebbiet ghaqlin, li marru jgawdu l-festa tat-tieg.

TGHALLEM BL-AMMENT DAN IL-KLIEM TA'  KRISTU 

TAGHRIF BIBBLIKU

KIF KIEN ISIR ZWIEG FI ZMIEN KRISTU

L-ewwel pass biex isehh zwieg fi zmien li Kristu kien jghix fil-Palestina kienet l-gherusija.

Il-futur gharus kien ikollu jmur ghand missier l-gharusa futura tieghu. Hemm jinnegozja ma’ missier iz-zaghzugha l-prezz biex jakkwista l-gharusa. Dan il-prezz kienu jsejhulu mohar. Darba l-gharus futur ihallas il-prezz, il-ftehim ghaz-zwieg jigi stabbilit, u z-zewg zaghzagh ikunu meqjusa bhala ragel u mara moghtija lil xulxin. Minn dak il-mument l-gharusa tkun dikjarata bhala konsagrata jew merfugha esklusivament ghal gharus.

Bhala simbolu ta’ dan il-ftehim taz-zwieg, l-gharus u l-gharusa kienu jixorbu minn tazza imbid li fuqha tkun inghatat il-barka.

Wara dan il-ftehim konkluz bic-ceremonja semplici kif deskritta fuq, l-gharus jhalli dar l-gharusa u jirritorna lejn dar missieru. Hemm kien jghix separat mill-gharusa tieghu ghal tnax-il xahar.

Dan il-periodu kien ta’ mezz ghal gharusa biex tipprepara ghall-hajja mizzewga. L-gharus kien ikollu z-zmien li jipprepara d-dar bil-htigijiet taghha biex meta jilqa’ ghandu lil gharusa din tkun tista’ tghix mill-ahjar li seta’ joffrilha.

Meta kien jispicca zmien is-separazzjoni, allura l-gharus seta’ johodha ghandu fid-dar il-gdida. Dan kien isehh normalment matul il-lejl. L-gharus flimkien ma’ shabu kien ihalli dar missieru u jmur ghal gharusa tieghu fid-dwal tat-torci f’forma ta’ purcissjoni.

Billi l-gharusa ma kienitx tkun taf il-mument preciz meta ser jasal l-gharus taghha, kienet tkun herqana li tisma’ l-ghajta li l-gharus taghha hu fil-qrib; allura kienet tipprepara ruhha bil-lest biex meta jasal isibha lesta biex johodha mieghu minghajr dewmin.

Ma’ l-gharusa kienu jakkumpanjaw il-hbieb taghha nisa biex imorru fid-dar ta’ missier l-gharus ghall-festa tat-tieg. Meta jaslu isibu lil mistiedna jistennewhom. Hemm kienet issir festa kbira dejjem kemm skond kemm kienu jistghu ihallsu. Wara l-festa tat-tieg kulhadd kien imur lura f’daru.

IPPRINTJA L-ISTAMPA U AGHTIHA L-KULUR. 

 

 

Make Your Own Word Search

KIF  TAHDEM

META TAHSEB LI SIBT IL-KELMA, QIEGHED IL-MOUSE FUQ L-EWWEL ITTRA, IKKLIKJA DARBA FUQ L-EWWEL ITTRA U IBQA' MIEXI SAT TARF TAL-KELMA. IKKLIKJA MILL-GDID. JEKK JIRNEXXILEK IL-KELMA TINQATA' MILL-KAXXA T'ISFEL

TWEGIBIET

 

 1. Kemm xebbiet kienu mistiedna ghall-festa tat-tieg ?
Ghaxra.

2. L-gharus gie ghall-festa tat-tieg tieghu matul il-lejl. VERU jew FALZ.

Veru

3. Ix-xebbiet kollha kellhom l-imsiebah imma hamsa minnhom kellhom xi haga nieqsa. X’kienet ?
Ma hadux zejt fil-kwies

4. Kif inhuma meqjusa dawn ix-xebbiet li ma kellhom zejt fil-kwies ?
Bhala xebbiet boloh

5. X’kienet ix-xorti tax-xebbiet boloh ?
L-gharus ghalaqhom barra u ma dahhalhomx ghall-festa tat-tieg.

6. X’gara mix-xebbiet ghaqlin ?
Dawn laqghu lil gharus u gharusa u dahlu jgawdu maghhom il-festa.

Make a free website with Yola