jesusandmary

 


Fit-8 ta’ Dicembru l-Papa Frangisk ser jiftah is-sena tal-Hniena ta’ Alla biex wissa’ l-midneb ghandu jiehu l-opportunita’ biex b’qalb niedma u sobghiena joqghod quddiem Alla u jitolbu mahfra mill-htijiet kollha u hekk isib mill-gdid il-paci li tilef bi dnubietu. Jghallem l-istess Papa li Alla ma ghejjiex jahfer; huwa l-bniedem li jghejja jitlob mahfra.

Il-bniedem hu mahluq liberu u fil-liberta’ tieghu jista’ jaghzel li jghogob lil Alla jew jikser il-ligi tieghu u joffendih, Meta allura jaghmel id-dnub, il-bniedem midneb jaqta’ u jitlef kull hbiberija ma’Alla. Irid ikun Alla stess li fil-Hniena Tieghu jaghti l-grazzja tieghu lill-midneb biex jikkonverti.

Dan Alla jaghmlu b’diversi modi u manjieri; xi kelma tajba minghand xi habib, xi qari tajjeb li jfakkar lill-midneb li qaghdu mhux ghal hawn, xi persuna jew persuni li jitolbu ghal povri midimbin,cirkustanzi etc

L-ewwel u qabel kollox il-Papa jaghmilha cara li l-Gublew tal-Hniena huwa zmien biex wiehed jersaq lejn is-Sagrament tal-Qrar.  Huwa jghid: “ Huwa mportanti li dan il-mument ikun maqghud l-ewwel u qabel kollox mas-Sagrament tar-Rikonciljazzjoni u mac-celebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija b’riflessjoni fuq il-Hniena ta’ Alla.”

Li wiehed jghaddi mill-Bieb il-Qaddisa (La Porta Santa) fil-Vatikan ghandu jfisser li jehtieglu jghaddi mill-hajja tal-htija ghall hajja tal-grazzja permezz tal-qrar. Ejjew nittamaw li din is-sena Gubilari tressaq in-nies lura lejn is-sagrament tal-Qrar, specjalment dawk li huma mbieghda.

Matul dan iz-zmien jinghataw l-indulgenzji li jistghu jkunu applikati kemm ghall-hajjin kif ukoll ghal mejtin – opportunita’ tajba hafna ghall-erwieh tal-purgatorju. Dik il-persuna li hija negligenti li takkwista indulgenza applikabbli kemm ghal-hajjin kif ukoll ghall-mejtin matul dan il-gublew tkun qed titlef okazzjoni ta’ hajjitha.

Haga ohra mportanti f’dan il-Gublew hija li s-sacerdoti tul din is-sena jistghu jahfru dnubiet riservati ghal-isqof.

Dan iz-zmien tal-Gublew huwa zmien biex wiehed jirrevedi it-taghlim tal-knisja u hekk jikber fil-maturita’ nisranija.

Matul ix-xhur li gejjin ser ingib sensiela ta’ grajjiet fejn saru konverzjonijiet ta’ bnedmin ta’ kuxjenza xierfa. Jekk ahna nahsbu li certi nies midimba huwa iebes ghalihom li jduru lejn Alla, ghal Alla dan ma hux impossibbli. Haga wahda hi mehtiega : Qalb nidema u sobghiena....qalb niedma u sobghiena Alla ma jwarrabhiex.

Bosta drabi jkun jonqos it-talb taghna u malli taqra dawn il-grajjiet kif tista’ tibqa’ passiv u ma titlobx ghal konverzjoni tal-midimbin. Iva itlob u itlob bla ma taqta’ qalbek l-aktar f’dan iz-zmien tal-Gublew tal-Hniena biex fih naghtu lil Alla erwieh li ghalihom xerred demmu Kristu Gesu’.


Make a free website with Yola