jesusandmary


ID-DISKORS TA’ PAPA FRANGISK FIL-FTUH TAS-SENA TAL-HNIENA.

Fi ftit hin iehor  jkolli l-pjacir li niftah il-Bieb tal-Hniena. Dan hu att semplici, madanakollu ferm simboliku fid-dawl tal-kelma ta’ Alla li ghadna kemm smajna.  Il-kliem juru l-qawwa tal-grazzja. Bosta drabi dan il-qari jfakkarna fil-kliem li qal l-anglu Gabirjiel  liz-zaghzugha Marija dwar il-misterju li kien ser jesponilha: “Sliema ghalik bil-grazzja mimlija” (Luqa Ka 1 vers 28).

Il-Vergni Marija kellha biex tifrah ghaliex il-Mulej ghamel maghha hwejjeg kbar. Alla libbisha bil-grazzja tieghu u kien stohqqilha li tkun Omm Kristu. Meta l-anglu Gabirjiel dahal gewwa darha, iz-zjara tieghu kienet kawza ta’ ferh u Marija ntelqet f’idejn Alla kompletament. Il-grazzja ta’ Alla tista’ tbiddel il-qalb umana u tkun il-kawza li taghmel xi haga hekk kbira li toltera l-istorja tal-bniedem.

Il-festa ta’ Marija Mmakulata turi il-kobor ta’ l-imhabba ta’ Alla. Mhux biss jahfer id-dnub imma f’Marija Huwa jwarrab minnha d-dnub originali li huwa wirt f’kull ragel u mara li jitwieldu. Din hija l-imhabba ta’ Allla li tipprecedi, tanticipa u ssalva.  Il-bidu ta’ l-istorja tad-dnub fil-Gnien ta’ l-Eden turi pjan ta’ imhabba li ssalva. Il-kliem tal-Genesi jirriflettu l-esperjenzi taghna ta’ kuljum: ittentati ghad-dizubbidjenza, dizubbidjenza li tohodna biex naghmlu dak li rridu minghajr ma naghtu kaz tal-volonta ta’ Alla. Din l-ostilita’ taghmel impediment ghall-pjan ta’ Alla. L-istorja tad-dnub tinftiehem fid-dawl ta’ l-imhabba u l-mahfra ta’ Alla. Bid-dnub ahna l-aktar kreaturi miserabbli f’wicc id-dinja. Imma l-weghda tar-rebha ta’ Kristu turi l-Hniena ta’ Alla l-Missier. Il-kelma ta’ Alla li ghadna kemm smajna ma thalli ebda dubju dwar dan. L-Immakulata Vergni  hija ix-xhud priveliggjat ta’ din il-weghda u t-twettiq taghha.

Din is-sena mqaddsa straordinarja hija fiha nnfisha mument ta’ grazzja. Li tghaddi mill-Bieb Imqaddes, ifisser li terga’ tiskopri l-Hniena nfinita tal-Missier li jilqa’ lil kulhadd u jmur ifittex lil kull wiehed minnhom. Din ghandha tkun sena li nikbru fil-konvinzjoni taghna dwar l-Hniena tal-Mulej.  Kemm naghmlu hazin lil Alla u l-grazzja tieghu meta nitkellmu mid-dnubiet ikkastigati mill-gudizzju tieghu qabel ma nitkellmu mill-hniena tieghu., De Praedestinatione Sanctorum, 12, 24)!

Imma din hi l-verita’. Jehtigilna li nqieghdu l-hniena qabel il-gudizzju.  Meta nghaddu mill-Bieb Imqaddes jalla nhossuna parti mill-misterju ta’ l-imhabba. Ejjew inwarrbu kull biza’ ghaliex dawn ma jghoddux ghan-nisa u rgiel li huma mahbuba. Minflok ejjew nesperjenzaw il-ferh li niltaqaghu mal-grazzja li tbiddel kull haga.

Illum hekk kif nghaddu mill-Bieb Qaddis irridu niftakru f’bieb iehor, li hamsin sena ilu, il-Padri tat-Tieni Koncilju tal-Vatikan fetah fuq id-dinja. Dan l-anniversarju ma ghandux biss jibqa’ imfakkar bhala storja, li hija xhieda ta’ l-avvanz fil-fidi. Qabel kollox il-Koncilju kien laqgha, laqgha genwina bejn il-Knisja u n-nisa u l-irgiel ta’ zmienna. Laqgha immarkata bil-qawwa ta’ l-Ispirtu li mbotta lill-knisja li tohrog minn qoxritha u mill-gdid timbarka b’entuzjazmu  fil-vjagg taghha missjunarju biex tiltaqa’ mal-poplu fl-ibliet u d-djar taghhom u ggibilhom il-ferh tal-Vangelu. Wara dawn is-snin kollha ahna mill-gdid nimbarkaw fuq din il-missjoni bl-istess qawwa u entuzjazmu. Il-Gublew hu ta’ sfida ghal din il-missjoni u jitlob minna li ma nittraskurawx l-Ispirtu li hareg mill-Koncilju Vatikan II, l-ispirtu tas-Samaritan kif il-Beatu Pawlu VI esprima ruhu fi tmiem il-Koncilju.

Jalla li meta nghaddu mill-Bieb il-Qaddis ahna llum nobbligaw ruhna li nimxu fuq l-istess passi tal-Hanin Samaritan.

 

Make a free website with Yola