jesusandmary


IS-SENA TAL-HNIENA WASLET FI TMIEMHA.....IMMA


Kull bidu fih it-tmiem, jghid il-proverbju Malti. U dan jghodd ghas-Sena tal-Hniena mnedija mill-Papa Frangisk biex il-bniedem jersaq aktar lejn Alla. Bdiet f’Dicembru 2015 u ser tasal fi tmienha fix-xahar ta’ Novembru 2016.

Jalla kull wiehed minnha ghamel uzu minn din is-sena biex resaq qrib  Alla.

Imma niftakru li Hniena ta’ Alla ma tispiccax f’Novembru. Alla jibqa’ juri din il-Hniena Divina Tieghu sakemm ahna nibqghu hajjin hawn fid-dinja.

U biex naraw jekk ersaqnix tassew lejn Alla l-Kreatur taghna nezaminaw lilna nnfusna fuq il-linji gwida ta’ San Gwann Appostlu li fi zmienu kien jiltaqa’ ma’ hafna nies nofshom konvertiti jew foloz.  Anke llum tiltaqa’ ma’ dil-kwalita’ ta’ nies, ghaliex il-qamh hu mhallat mas-sikrana u hu difficli li tghid billi thares biss lejhom. Imma San Gwann jaghtina xi linji.

Jghidilna li min jghid li jaf lil Alla, imma ma jzommx il-kmandamenti tieghu huwa giddieb u l-verita’ ma tinsabx fih. Ikompli jghid li min jghid li huwa d-dawl u jobghod lil huh ghadu jghix fid-dlamijiet. Iwiddibna li min ikompli jghix il-hajja tad-dnub qatt ma jista’ jghid li jghix f’Alla jew li rah jew li jafu.

Fi ftit kliem hadd ma jista’ jghid li jhobb lil Alla u fl-istess hin imur kontra l-ordnijiet tieghu.

Kristu jghallimna li jekk irridu nghixu l-kmandamenti ta’ Alla jehtigilna li nhobbu lil Alla b’qalbna kollha, bir-ruh taghna kollha u bis-sahha taghna kollha u l-proxxmu taghna bhalna nfusna.

Alla jaghti l-Ispirtu Qaddis tieghu lil dawk li jaghmlu r-rieda tieghu. Bis-sahha ta’ dan l-Ispirtu Qaddis ahna naghrfu li ahna midimbin u nnisslu ndiema ta’ dnubietna bhalma ghamel is-sultan David meta gharaf li kien dineb kontra l-Mulej u ha l-mara ta’ haddiehor.

Min ihobb lil Alla jahrab minn dawk il-hwejjeg tad-dinja li jbeghduh Minnu. Hobb biss il-hwejjeg tad-dinja daqs kemm dawn iwassluk ghal ghand Alla.

It-tezori tieghek ghandhom ikunu merfugha fis-sema fejn la s-sadid ma jeqred u anqas mal-hallelin jidhlu u jisirqu. Dan hu dak li jaghmel il-bnedmin konvertit u bil-ghaqal. Il-gid li tana Alla hu misluf ghandna, Nuzawh bil-qies u prudenza ghall-gid taghna u tal-proxxmu taghna fil-bzonn. L-imhabba lejn ghajrna  trid tkun bil-fatti ghax kif jghallem San Gakbu : Urini l-fidi tieghek mill-opri tieghek.

Kull bniedem li jhobb tassew lil Alla jaghmel frott tajjeb u minn dan il-frott wiehed jaghraf jekk hux ta’ Alla jew le.

Kull nisrani li jghid li hu ta’ Kristu ma jisthi qatt jistqarru quddiem il-bnedmin. Sentenza li qal Kristu  ghandha tbezzana jekk ma naghtux kaz taghha. Min jisthi jistqarrni quddiem il-bnedmin jiena nisthi nistqarru quddiem l-angli ta’ Alla, imma min ma jisthix jistqarrni quddiem il-bnedmin jiena ma nisthix nistqarru quddiem l-angli ta’ Alla.- GESU KRISTU.

Bhal San Pawl irridu nipproklamaw lil Kristu u t-taghlim tieghu anke jekk ahna nhossuna xi ftit skomdi.

Il-hidma taghna biex nikkonvertu ma tispiccax f’Novembru izda ghandha tibqa’ ghaddejja sa mal-mewt ittemm hajjitna.


 

Make a free website with Yola