jesusandmary

 

 

 ALLA MA JHARISX LEJN UCUH

Il-konverzjoni ta’ Kornelju flimkien mal-familjari tieghu hija tluq importanti fl-istorja tal-

 

knisja ghax huma l-ewwel pagani li kienu accettati bhala membri fil-knisja ta’ Kristu. L-ewwel kienu mistiedna l-Lhud biex jifformaw parti mill-poplu gdid t’Alla, imma imbaghad din l-istedina giet estiza lil pagani, ghax ahna ilkoll uliedu Alla. Alla ma jharisx lejn l-ucuh izda jara il-qlub. Ghalkemm Kornelju kien pagan, kien bniedem ta’ qalb tajba, jitlob u jadura lil Alla. Dan il-Lhud kienu jafuh. U Alla li gharaf il-hsibijiet nobbli ta’ qalbu tah il-grazzja tal-konverzjoni.

Il-maghmudija li rcevejna ma hiex passaport dritt ghall-genna. Irridu nghixu l-maghmudija, jigifieri, nichdu lix-xitan u l-opri hziena tieghu u nemmnu f’Alla u f’dak kollu li ghamel ghalina. Nemmen f’Alla jigifieri naghmel dak kollu li jitlob minni minghajr ebda riservi. Jiena kollni kemm jien tieghu, qed nghix ghalih. U ghaldaqstant irrid noqghod attent li dejjem nonorah.

Quddiem Alla ma hemmx ahna u huma. Kulhadd hu l-istess. Ahna ilkoll ulied l-istess Missier. Ikollna nistqarru li Gesu’ biddel id-dinja ta’ zmienu. Gie meta fi zmienu kien hawn hafna rivalita’ bejn ir-Rumani u l-Lhud u kompetizzjoni religjuza. Il-Lhud kienu jithabtu hafna biex jzommu l-fidi taghhom hajja u attiva. L-uniku haga li kienu jafu biha kienet li jkunu stretti u esklussivi. Imma Gesu' ma tfixkilx b’dawn l-uzani. Qaghad mal-mara Samaritana u maghha tkellem, ma stahax jiekol mal-kolletturi tat-taxxi jew jkellem in-nisa midimba. Il-kapijiet tal-Lhud kienu jinkurlaw ghal din l-attitudni. Kien ihawwad lid-dixxipli u l-appostli tieghu. Kien huwa li fetah il-bibien ghan-nifs gdid ta’ l-Ispirtu Santu. Ghallimna li ma jezistuz ahna u huma.

Hafna drabi dawk li ma jaqblux maghna, ahna niggudikawhom hazin u bi hsibijiet nitfuhom gewwa l-infern ghaliex ma jemmnux dak li nemmnu ahna jew ma jaghmlux dak li naghmlu ahna.

Il-hsibijiet t’Alla huma profondi u ma nistghux naslu biex nifhmuhom. Forsi Alla ma tax il-grazzja ta’ konverzjoni lil halliel it-tajjeb fl-ahhar mument ta’ hajtu jew minn qattiel ta’ l-insara ma sawwarx minn Sawlu l-akar appostlu u difensur tal-Kelma t’Alla.?

Qabel ma niggudikaw lil xi hadd niftakru fil-grajja ta’ Kornelju c-centrujun. Li kieku Pietru mexa fuq l-istess passi li nimxu ahna dwar il-gudizzju fuq il-proxxmu, kieku Pietru ma kienx imur gewwa daru , u jikkonverti lilu u lil familjari tieghu.

Fil-ktieb tar-Rivelazzjoni, San Gwann jikteb fis-seba’ kapitlu:” Wara dawn il-hwejjeg, jiena harist u lmaht numru kbir ta’ nies li ma jinstghux jinghaddu, popli ta’ kull razza, razza u ilsna, wieqfa quddiem it-tron tal-Haruf imlibbes bil-ilbies abjad, bil-frieghi tal-palm f’idejhom jghajtu bl-lehen gholi: Is-salvazzjoni gejja minn Allali qieghed fuq it-tron u mill-haruf.” (versi 9 – 10)

FIL-QOSOR

Quddiem Alla kulhadd l-istess ghax ahna wliedu

Ma ghandux niggudikaw il-proxxmu taghna ; dak inhalluh ghal Alla.

Meta ggudikajna lill-proxxmu taghna, wara ddispjacina, billi ndunajna li dak li hsibna fuqu ma kienx minnu.

Make a free website with Yola