jesusandmary

LAQGHA MAL-GEBEL

 

 Wara sekli ta’ gwerra u qerda, il-belt ta’ Gerusalem giet mibnija litteralment fuq il-herba taghha stess. Waqt il-pellegrinagg li Kenneth kien qed jaghmel flimkien ma’ pellegrini ohra fit-tour gewwa l-Art Imqaddsa, huwa ghadda minn Via Dolorosa li skont it-tradizzjoni hija t-triq li mexa’ Gesu’ lejn  il-Kalvarju. Il-jum kien jahraq u ghaldaqstant il-grupp waqaf ghal pawsa ta’ mistrieh u nizel fil-basement frisk u mkenni tal-kunvent tas-Sorijiet ta’ Zion. Huwa ssahhar minn xena ta’ paviment tal-gebel li kien mikxuf ftit taz-zmien qabel, li kien imnaqqax bil-loghob tas-suldati rumani meta kien ikollhom ftit tal-hin liberu.

Dawk il-gebel, anke jekk kienu ta’ zmien aktar tard wara Kristu, dahhlu fi hsieb lil Kenneth fuq il-hajja spiritwali tieghu. Bhal suldat li qieghed fuq hin liberu jghaddi z-zmien Kenneth induna li ma tant kien ta’ kultant jittraskura lil Alla. Kien imqanqal hafna meta kien jaf li mhux wisq il-boghod minn fejn kien, Gesu’ kien imsawwat, abbuzat, mghajjar u zzufjettat hekk kif is-Salvatur ha kull dnub u htija fuq spalltu.

Kif jghid Isaija li huwa kien mishuq ghal htijietna uminfud minhaba dnubietna u li bil-pjagi tieghu ahna gejna mfejqin. (Is Kap 53 vers 5).

Dik il-laqgha ta’ Kenneth mal-gebel ghadha tfakkru fl-imhabba ta’ Gesu’ ghalina u li din l-imhabba hija akbar mid-dnubiet taghna lkoll.

O Gesu’ fakkarni l-hin kollu li inti thobbni u kemm jiena ghandi ngib ruhi sew quddiemek u quddiem l-ohrajn.

Make a free website with Yola