jesusandmary

FITTEX LIL WALDO

 

Waldo huwa karattru tal-cartoon ghat-tfal, l-artist principali fis-serie ta’ kotba ghat-tfal, serie li jinbiegh hafna gewwa l-Amerka.  Waldo jinheba’ qalb folla fuq kull faccata u jistieden lit-tfal biex isibuh. Il-genituri jiggustaw il-mument meta uliedhom jirnexxilhom ihollu l-misteru tal-mohba ta’ Waldo. Fuq wicc uliedhom jilmhu l-ferh u s-sodisfazzjon. Jiehdu gost ukoll meta uliedhom jistednuhom biex jghinuhom isibuh.

Ftit zmien wara li Stiefnu, djaknu ta’ l-ewwel zminijiet fil-knisja ta’ Kristu, gie mhaggar ghax xehed pubblikament ghal Kristu, inqalet persekuzzjoni kontra l-insara gewwa Gerusalem, li sfurzat lil hafna nsara biex isibu kenn ta’ protezzjoni mkinijiet ohra.

Djaknu iehor, Filippu, segwa lil dawn l-insara li kienu qed jaharbu fis-Samarija fejn huwa xandar lil Kristu u hemm it-taghlim tieghu kien milqugh. Kif kien hem, l-Ispirtu Qaddis ha lil Filippu fuq missjoni specjali fi triq fid-dezert. Kienet tidher talba mhux tas-soltu meta tqis li l-predikazzjoni tieghu kienet qed thalli effett fis-Samarija. Imma immaginaw il-ferh ta’ Filippu meta iltaqa’ ma’ Ufficjal mill-Qorti Imperjali ta’ l-Etiopja u ghenu jgharaf lil Kristu Gesu’.

Ahna wkoll gie li jigina c-cans li nghinu lil haddiehor biex isib jew jiltaqa’ ma’ Gesu’ permezz tal-Kelma ta’ Alla miktuba fl-Iskrittura. Bhal genituri li jixhud l-ferh ta’ uliedhom meta jiskopru l-mohba ta’ Waldo jew bhal Filippu li jressaq lil ufficjal lejn Gesu permezz ta’ l-Isktrittura, ahna nhossuhna ferhana li ghamilna xi haga ghal Kristu. Tul il-hajja taghna, inkunu mhejjija biex kull opportunita’ li naqsmu lil Kristu man-nies li nafu jew li niltaqghu darba biss maghhom ma nitilfuhiex izda nikkoperaw maghha skont ma’ lIspirtu jgharrafna jew imexxina.

L-akbar bicca xoghol tan-nisrani li jista’ jaghmel hu li jfittex habib u jintroducieh ma’ Kristu Gesu’.

 

Make a free website with Yola