jesusandmary

Il-Kuncert
   
Dan l-ahhar attendejt kuncert tal-muzika mtella’ miz-zaghzagh tal-lokal u bqajt impressjonati hafna bil-livell gholi li rnexxilhom joffru lil udjenza li kellhom quddiemhom. Li kieku kull wiehed u wahda minnhom riedu jdoqqu solo ma kienux jilhqu l-livell gholi individwalment li taw bhala banda kollettiva. It-tnabar, l-istrumenti tal-metal u dawk ta’ l-injam kollha daqqew il-partijiet taghhom bir-rizultat tkun muzika sabiha. Programm li ma tiddejjaq xejn issegwih.

Lis-segwaci ta’ Kristu gewwa Ruma, Pawlu jiktbilhom: [Rum:12:5] hekk aħna ġisem wieħed fi Kristu u kull wieħed minna membru ta' l-ieħor. [Rum:12:6] Aħna għandna doni differenti skond il-grazzja li Alla tana; jekk għandna d-don tal-profezija, ħa nħaddmuh skond il-qjies tal-fidi;

Fost dawn id-doni li Pawlu jsemmi hemm: [Rum:12:7] jekk għandna d-don tal-ministeru, ħa nservu; min għandu d-don tat-tagħlim, ħa jgħallem; [Rum:12:8] min id-don tat-tħeġġiġ, ħa jħeġġeġ; min id-don tat-tqassim, ħa jqassam b'idejh miftuħa; min għandu l-awtorità fuq l-oħrajn, ħa jmexxi bil-ħerqa; min id-don ta' l-opri tal-ħniena, ħa jagħmel dan  bil-ferħ.

Il-kelma kuncert tfisser armonija, fehma wahda, azzjoni mehuda flimkien. Dak hu l-pjan tal-Mulej Gesu’ ghalina bhala wliedu permezz tal-fidi fi Kristu Gesu’. [Rum:12:10] Ħobbu lil xulxin bħal aħwa; fittxu li tistmaw lil xulxin. L-ghan huwa ko operazzjoni u mhux kompetizzjoni.

F’certu sens ahna lkoll ninsabu fuq palk quddiem dinja li tarana u tismaghna kull jum. Ma hemmx solisti fil-kuncert ta’ Alla, imma kull strument huwa mportanti u vitali. Il-muzika tkun fl-aqwa taghha meta kull wiehed minna jilghab il-parti tieghu sew f’ghaqada ma’ l-ohrajn.
Ma hemmx solisti fl-orkestra ta’ Alla.

Make a free website with Yola