jesusandmary


IL-PACI PERFETTA


Habib iltaqa’ ma’ iehor u qasam mieghu l-fatt li ghal snin huwa fittex il-paci u l-kuntentizza. Huwa u l-mara tieghu flimkien bnew negozju ta’ success, u ghaldaqstant kienu kapaci jistghu jixtru dar kbira u sabiha, ilbies mill-aqwa u gojelerija li tiswa’ il-flus. Dan kollu flimkien ma’ hbiberija ta’ nies inflwenti ma kienux ta’ sodisfazzjon biex isibu l-paci interjuri. 

Jum wiehed xi hadd qalilhom li l-vera paci ssibha ghand Gesu’, il-Princep tal-Paci. Resqu Lejh  u sabu l-vera paci u hajjithom imbidlet minn lejl ghan-nhar.

Gesu’ tkellem ma’ l-appostli fl-Ahhar Cena dwar il-vera paci, il-paci mhux kif tatiha d-dinja izda kif jaf jaghtiha hu. Il-paci kif taf taghtiha d-dinja hija paci vojta, paci ta’ dak il-hin li wara tintemm u tispicca fix-xejn.

Imma kif jaf jaghtiha Kristu tibqa’ anke jekk nkunu f’nofs diffikulta’ basta qalbna, mohhna u ruhna jkunu ffokati fuq Alla.  Alla ghandu jkun il-mira taghna ewlenija.

Issa li aħna ġġustifikati bil-fidi, għandna s-sliem ma' Alla, permezz ta' Sidna Ġesù Kristu jitkellem San Pawl mar-Rumani.  Huwa Kristu biss li jista’ jimlielna qalbna bil-vera paci anke f’mumenti koroh.
Minghajr Kristu ahna ghedewwa ta’ Alla minhabba dnubietna. Meta naccettaw lil Kristu nkunu qed naccettaw l-istedina tieghu li nimxu skont il-kmandamenti tieghu u hekk din l-ghaqda tnissel paci dejjiema fil-qlub taghna.

Il-Paci  timla’ u tfawwar lir-ruh meta Kristu jsaltan fi qlubna.

Make a free website with Yola