jesusandmary

IR-RITMU TAL-GRAZZJA
  

Habib tieghi u martu, issa jinsabu resqin lejn id-disghinijiet u ilhom mizzewgin ghal dawn l-ahhar 60 sena. Huma kitbu l-istorja taghhom biex tkun dawl ghal uliedhom, in-neputijiet taghhom u l-generazzjonijiet li jigu warajhom. Il-kapitlu ta’ l-ahhar huwa ittra li fiha lezzjonijiet importanti ghall-hajja migbura mill-esperjenzi taghhom. Wahda minn dawn impressjonatni tassew: Jekk tara li ir-religjon ghajjietek, haditlek l-energija kollha inti qed tipprattika r-religjon aktar milli qed tiggosta relazzjoni ma’ Kristu Gesu’ Il-mixja tieghek mal-Mulej ma taghmlek qatt ghajjien, anzi taghtik hajja gdida, tirrestawralek sahhtek u timliek kollok energija.”

[Mt:11:28] "Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. [Mt:11:29] Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta' qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. [Mt:11:30] Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif."

Meta jiena naghzel li naqdi lil Alla irrid nimxi ma’ Kristu. Jekk le, l-ispirtu tieghi jinxef u jitkisser. Ma nibda nara xejn fil-perspettiva tieghu anzi kollox nara hazin.

Meta ninduna li l-prattika tar-religjon tieghi ma thallinix li ngawdi relazzjoni ma’ Kristu allura dak ghandu jkun sinjal li nserrah it-toqol tieghi ghand Kristu u nimxi mieghu fit-triq tal-ghajnuna li jkun irid jaghtini, fi ftit kliem, nintelaq ghal grazzji tieghu u dak li jrid minni.

GESU JRIDNA NIMXU MIEGHU.

Make a free website with Yola