jesusandmary

MIN HUMA L-APPOSTLI TA’ KRISTU

Mt:10:1] Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq  l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejjqu kull xorta ta' mard u 'l kull min kien nieqes minn saħħtu. [Mt:10:2] L-ismijiet tat-tnax-l appostlu huma dawn: l-ewwel Xmun, jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, u Ġakbu ta' Żebedew, u ħuh Ġwanni, [Mt:10:3] Filippu u Bartilmew, Tumas u Mattew il-pubblikan, Ġakbu ta' Alfew, u Taddew,  [Mt:10:4] Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh.


Illum ahna xhud ta’ mument importanti fit-twaqqif tal-Knisja: Gesu’ jaghzel l-ewwel appostli. Ghaliex l-ewwel? Ghaliex Alla jaghzilna lkoll bex inkunu appostli tieghu. Dawk it-tnax, Pietru, Indri, Giovanni......kienu l-ewwel. 

Imma l-Knisja tghallem li dawk kollha li huma mghammdin huma maghzula biex inkunu appostli tal-Fundatur taghha, Gesu’ Kristu, nghinuh biex tixxandar l-Ahbar it-Tajba. Dan huwa unur kbir u jgorr mieghu responsabilita’ kbira ghax dak li nemmnu jehtieg li nwettquh bl-opri tajba: naghmlu l-volonta’ ta’ Alla, nitolbu mhux bix-xuftejn izda bl-ispirtu, inhobbu kif irrid Alla u xi tbissima ukoll, ghaliex le? In-nisrani ghandu dejjem ikun ferhan, ghaliex l-Ahbar it-Tajba hija FERH mhux kif toffrih id-dinja, izda kif joffrih Gesu.’


Make a free website with Yola