jesusandmary

 

 

GESU' HU KOLLOX GHALINA

 
Nifirhu u nithennew meta nafu li Kristu rxoxt qed jghix maghna. Huwa jimxi maghna fit-triq li ghandha tohodna ghal ghand il-Missier taghna tas-smewwiet. Irridu nhalluh jifthilna l-ghajnejn taghna tal-fidi biex nirrealizaw li huwa prezenti f’hajjitna. Huwa jrid li ahna niggustaw il-kumpannija tieghu .
 
 Nimxu l-mixja taghna bit-tama li ngharfu li l-Mulej jghinna nsibu tifsira ta’ kollox, partikularment meta, bhad—dixxipli ta’ Emmaws ikollna nghaddu mid-diffikultajiet tal-hajja. Minkejja li qed nghixu f’dinja ta’ valuri differenti minn dik li jghallem Kristu, ahna hemm bzonn li nkunu nafu kif nisimghu l-Kelma tieghu, u naghzlu min dak li tghallem id-dinja ghal dak li jghallem Hu. Ghalkemm xi kultant nhossu li Hu ttraskurana jew insiena, Hu dejjem jiftakar fina.
 
Hu dejjem jitkellem maghna u b’modi u manjieri diversi. Jista’ jkun il-kaz li ahna ma nkunux disposti bizzejjed biex nisimghu, nahsbu u nikkontemplaw dak li Hu ghandu jghidilna.
 F’dan l-ambjent hafna drabi ta’ minghajr Alla, hafna huma li jghaddu hajjtihom bla tifsira. Hu ghalhekk importanti li nahdmu biex Kristu juzana halli nkunu ghodda tieghu biex bil-kliem, u ghemil taghna nressqu dawn l-ulied imbieghda t’Alla, lejn il-veru ghajn tal-Hajja. Pero hajjitna trid tkun hajja Ewkaristika ghax kien fil-qsim tal-hobz, fic-celebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija li z-zewg dixxipli gharfu li Kristu Gesu’ kien qieghed maghhom. Intlew bil-hegga u marru jaghtu l-ahbar lid-dixxipli l-ohra minghajr ma qaghdu jaghtu kaz li kien il-lejl kien diehel. Marru lura lejn Gerusalemm u ghaddew din il-bxara lil apostli u d-dixxipli l-ohra.

Make a free website with Yola