jesusandmary

 

 GESU', INTI L-GHAXQA TIEGHI.

 

5.

"Fejn hemm it-tezor tieghek, hemm hija qalbek." ( Luqa xii 34). Gesu' Kristu jghidilna li l-qalb tal-bniedem tkun tezisti u marbuta ma' dak li tghozz u li mieghu jkollu affezzjoni kbira. Ghalhekk mela l-qaddisin li ma kellhomx qalbhom marbuta ma' ebda tezor mundan hlief ma' Gesu' Kristu kienu ghamlu lil Imhgallem tas-Sema c-centru ta' hajjithom u ghalih sallbu lahamhom u ghamlu kull sagrificcju biex jghogbuh. L-imhabba taghhom kienet iffukata fuq l-Imqaddes Sagrament, li minnu kienu jixorbu l-virtu' ta' l-Imhabba.

O l-aktar mahbub tieghi Gesu', li tinsab mohbi fit-tabernaklu u maqful hemm gew lejl u nhar, f'gieh l-imhabba li ghandek ghalija, ressaq lil qalbi lejn Qalbek. U dan aghmlu bil-merti tal-Passjoni tieghek li minnha nittama kull gid spiritwali u anke temporali.

Kemm huwa kbir l-gherf tieghek li fis-Sapjenza tieghek ridt tibqa' maghna fis-Sagrament ta' l-Ewkaristija ghal imhabba ta' l-erwieh. O Kelma Eterna ma kienx bizzejjed li sirt bniedem u mit f'tant hruxija ghall-fidwa taghna izda ridt li Inti tkun kumpanija ghalina tul hajjitna kollha sa ma tispicca d-dinja. Inti l-Iben t'Alla li d-dinja kollha ma tesikx, izda kienet naqra ta' stalla li laqghitek fiha bhala tarbija, imbaghad go hanut tax-xoghol bhala bniedem fqir haddiem u imbaghad bhala criminal fuq salib u issa bhala hobz fuq l-artal. Hemm aktar x'tista taghmel ghal imhabba ta' hutek il-bnedmin biex tirbahilhom imhabbithom?

Irrid Gesu' li nghix biex inhobbok. U x'tiswieli hajti jekk jiena ma noffrihiex lilek O mahbub Salvatur tieghi.? Jalla l-ismijiet ta' stalla, salib u sagrament jixghelu imhabbti ghalik ghal dak li ghamilt mieghi.


4.
Sa l-ghasfur isib fejn jghammar u l-huttafa ssib l-bejta hdejn l-artali tieghek, hemm hi tqieghed iz-zghar taghha. Mulej ta' l-ezerciti, Sultana u Alla tieghi. (Salm 83 vers 4.)

David jghidilna li l-ghasfur isib fejn joqghod u l-huttaf fejn tqieghed il-bejta taghha. Imma inti Mulej Alla tieghi, Inti ghamilt l-ghamara tieghek hawn fuq l-art, fuq l-Artali fejn ahna nistghu insibuk u b'hekk inti qed tghix maghna.

Mulej ma nafux x'naqbdu nghidu; Inti thobb wisq u bil-bosta il-hlejjaq tieghek. Inti ma tafx x'taqbad taghmel aktar biex tirbah l-imhabba taghhom. Aghtina Inti l-grazzja tieghek biex permezz taghha ahna nhobbuk. Inkunu bil-wisq bierda u keshin jekk ma npattux imhabbtek bl-imhabba taghna. Ressaqna lejk Mulej bhalma ressaqt lejk id-dixxipli ta' Emmaus meta dawn kienu dubbjuzi fuqek, bhalma tressaq lejk bost u bost erwieh ohra.

O Majesta' ta' kobor bla qies inti kollok Tjieba u thobbhafna lill-bnedmin. Ghamilt bosta hwejjeg biex turi imhabbtek ghalina shansitra tajt l-ghezez haga li kellek ghalina: Hajtek. Kif allura hemm daqshekk bnedmin li ghadhom ma gharfukx? Ghini biex ma nkunx maghdud ma' dawn in-nies ghaliex ma riddx nkun ngrat lejk. Il-merti tal-Passjoni u l-Qawmien tieghek mill-mewt ikebbsu fija dak in-nar ta' imhabba li jressaqni lejk. Inti jisthoqqlok lit kun mahbub u hekk irrid naghmel jien, li nigri warajk ghaliex inhobok b'qalbi kollha, b'ruhi kollha u b'sahhti kollha. Imhabbtek hija tezor kbir li jiena, issa li sibtu ma rridix nitilfu.

 

3.

Hadd ma hu gzira jghid il- proverbju jigifieri kull bniedem irid ikollu xi habib ma' min jghid kelma jew jaqsam hsibijietu. Trid ikollok ghaqal kbir biex taghzel il-hbieb ghax dawn iridu jkunu ta' min jafdhom u hbieb li meta tfittxhom, issibhom. Dawn ikunu l-veri hbieb. Huwa gost ghal veri hbieb li jkunu fil-kumpannija ta' xulxin. Hekk ghandu jigri ma' l-abkar habib taghna li nsibuh dejjem u f'kull hin, anke meta dawk ta' madwarna jabbandunawna - GESU' KRISTU. Infittxuh u naghmlulu kumpanija kemm nistghu meta ahna ninxtehtu quddiem gharkubtejna quddiem t-tabernaklu, dak il-post zghir fejn hu maqful ghal imhabba taghna, biex meta rridu nfittxuh u nitkellmu mieghu. Minna mhux ser jiddejjaq jew jghidilna kemm ahna fitti anzi jiggosta l-kumpannija taghna.
Wara mewtha Santa Tereza li kienet diga tgwadi lil Alla fil-genna qalet lil wahda mis-sorijiet: Dwk li huma fil-genna u dawk li hma fuq l-art ghandhom ikun ghaqda wahda fl-imhabba u s-safa; ahna tas-sema ngawdu u intom ta' l-art tbatu u dak li ahna naghmlu fis-sema f'ghaqda wahda ma' l-imghallem taghna intom ghandkom taghmlu ma' l-Imghallem taghkom Gesu' Ewkaristija. Hekk hu l-art timbidel f'genna permezz ta' Gesu' prezenti fl-Imqaddes Sagrament."


O haruf immakulat li ssagrifikajt ruhek ghalia fuq is-salib, jiena wiehed'wahda minn dawk l-erwieh li inti fdejt bil-mewt kiefra tieghek. Aghtina l-grazzja li jiena nkun tieghek u inti tieghi u ma nitbieghed qatt minnek, l-ghan ta' kull hajja. Jiena noffrilek il-volonta tieghi biex inti torbotha ma dik tieghek b'rabta li ma tinhallx. Irridha tkun ilsira tieghek. Orbotha bil-ktajjen ta' l-imhabba tieghek ghax jiena irrid naghmel dejjem dak li trid u tixtieq inti. Amen.


2.

"Huwa gost ghalija li jiena nkun ma ulied il-bnedmin" (Prov viii 31) Itfa' harstek fuq Kristu Gesu' u ilmah lil Dak li tant habb il-bnedmin li ma kienx kuntent li jmut ghalihom biex jifdihom, izda ried li wara mewtu jghix mal-bniedem permezz ta' l-Imqaddes Sagrament. "O bniedem," tesklama Santa Tereza, " kif tista toffendi lil Alla li qed jistqarr li jsib gost li jkun ma' ulied il-bnedmin?" Hu delizzju ghal Gesu' li jkun maghna u allura mhux delizzju ghalina li nzommulu kumpannija? Mhux forsi xorti kbira li nghixu mieghu? Kemm ihossuhom fortunati dawk il-haddiema li s-sultan taghhom jaghtihom inkarigu fil-palazz tieghu? U ahna nistghu nghixu fil-palazz ta' dan is-Sultan hekk kbir u nhossuna bhal huta barra mill-ilma. Ghaliex? Ghax irridu naharbu lill-dan il-habib kbir taghna u naghmlu fattina. Xi bluha, xi zball kbir qed inwettqu. Naharbu l-hajja u naghzlu minflok il-mewt. Ejjew imbiddlu din l-attitudni zbaljata taghna u spiss nitkellmu ma' Alla.
Inti O Mulej Gesu' tinsab lejl u nhar fit-tabernaklu tistenniena. Inti l-ghajn ta' kull tjieba. Inti t-tabib ta' kull marda, Inti t-tezor ta' kull kreatura fqira. Jiena midneb ninxtehet f'riglejk u nitolbok hniena u mahfra. Quddiemi qed nilmah il-Grazzja niezla mis-sema u minhabba fil-Hniena Kbira tieghek u l-Imhabba infinita tieghek jien nrabbi l-kuragg u nersaq Lejk biex inti mill-gdid tilqghani ghandek.

Jien nirringrazzjak, jiena nfahhrek, jiena nhobbok. Nitolbok haga wahda li jiena nkun fidil Lejk u qatt ma noffendik. Aghtini d-dawl tieghek biex jiena nhobbok b'qalbi kollha, b'ruhi kollha u bil-hsieb tieghi kollu. O rghaj ta' l-erwieh, hobz veru niezel mis-smewwiet, uri hniena mieghi, harisini u itmaghni bl-Ewkaristija biex jiena nghix fl-art tal-hajjin.

1.


Hekk hu l-ghajn ta' kull gid, Gesu' Kristu fl-Imqaddes Sagrament, li jghidilna, " Jekk xi hadd jaqbdu l-ghatx, halluh jigi ghandi" (Giovanni vii vers 37). Xi xmara ta' grazzji, l-erwieh tajba u l-qaddisin xorbu minn din i

l-funtana ta' l-Imqaddes Sagrament! Ghaliex minn hawn Kristu jxerred il-merti kollha tal-Passjoni tieghu, kif jixhed il-profeta Isaija: " Kollkom ferħana timlew l-ilma mill-għejun tas-salvazzjoni(Isaija XII vers3

Il-kontessa ta' Feria, id-dixxiplu tal-Venerabbli John d'Avila, li saret soru Klarissa u mlaqqma l-gharusa ta' l-Imqaddes Sagrament, ghaliex kienet tghaddi zmien twil hafna quddiemu, darba staqsewha xi tkun taghmel dawk is-sighat twal fil-Prezenza tal-Qaddis tal-Qaddisin, hija wiegbet hekk: " Li kieku haga tista' tkun kont nghaddi l-eternita' kollha quddiemu. Forsi hemm ma hemmx presenti l-istess Alla li hu l-Ikel Mqaddes ghal dawk li jixtiequ jhobbuh? U qed tistaqsuni x'noqghod naghmel quddiemu? Ghaliex ma tistaqsunix x'ma naghmilx quddiemu? Ahna nhobbu, ahna nitolbu, ahna noffru t-tifhir taghna, ahna nirringrazzjawh. Nistaqsi jiena, x'jaghmel bniedem fqir fil-prezenza ta' wiehed sinjur? X'jaghmel wiehed marid fil-prezenza ta' tabib? X'jaghmel wiehed mejjet bil-ghatx quddiem nixxiegha ta' ilma frisk? X'jaghmel wiehed bil-guh meta jqieghduh fuq mejda kollha ikel bnin?"

O Gesu' l-aktar helu u mahbub, Inti il-hajja tieghi, Inti t-tama tieghi, Inti l-uniku tezor tieghi, Inti l-unika imhabba tar-ruh tieghi. Xi swielek li Inti bqajt maghna permezz ta' dan is-Sagrment Imqaddes. Inti kellek tmut biex Inti tibqa' tghix maghna fuq l-altari fil-knejjes taghna. U mbghad kemm tircievi insulti meta jzebilhuk f' dan is-sagrament ta' imhabba... u Inti tissaporti kollox. Imhabbtek u x-xewqa tieghek li ahna nsiru nhobbuk harget rebbieha fuq kull hazen.

Ejja Mulej u ghix fil-qalb tieghi. Sakkar sewwa il-bibien taghha biex hadd ma jidhol jekk mhux Inti u Inti biss, halli jiena naqsam imhabbti mieghek wahdek. Inti wahdek Salvatur tieghi saltan f'qalbi u jekk xi darba nitbieghed minnek igborni maljr mieghek ghaliex ma nissaportix inkun mifrud minn mieghek ghal ftit mumenti biss. Ghinni biex jiena ma nfittitx ebda pjacir hlief li naghti gost Lilek biss ghaliex Inti t-Tezor wahdieni tieghi. Nitolbok, thallix lil ghadu tieghek jisraquli, izda hallini nghozzu bhalma negozjant li jixgtri gawhar prezzjuzi jghozz it-tezor tieghu. Dan biss nitolbok f'riglejn l-artal imqaddes Tieghek. O anglu kustodju tieghi, jiena nghir ghalik mhux minhabba l-glorja tieghek, izda sforz l-imhabba li inti ghandek lejn Alla tieghek u Alla tieghi. Ghallimni x'ghandi naghmel biex inkun il-qaddej tal-Mulej Alla tieghi.



Make a free website with Yola