jesusandmary

 

GESU' SETGHAN FUQ IL-MEWT

 L-EVANĠELJU Qari mill-Evanġelju ta' San Mark Mk 5, 21-43

F'dak iż-żmien: Wara li Ġesu' reġa' qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta' nies. U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sonagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, inxteħet f'riġlejh, u talbu ħafna u qallu: "Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idek fuqha, ħalli tfiq u tgħix''. U Ġesu' telaq miegħu, b'kotra kbira miexja warajh, kulħadd iross fuqu. U kien hemm mara li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm. Kienet batiet wisq taħt ħafna tobba, nefqet kulma kellha, u mhux biss ma swielha xejn, imma talli marret għall-agħar. Meta semgħet b'Ġesu', ġiet qalb il-folla, resqet warajh u messitlu l-mantar, għax qalet: "Jekk immiss imqar il-mantar tiegħu, inkun imfejqa.'' F'daqqa waħda t-tnixxija tad-demm waqfitilha, u ġewwa fiha ħasset li kienet fieqet mill-marda tagħha. Ġesu' minnufih intebaħ bil-qawwa li ħarġet minnu, u dar lejn il-kotra u staqsa: "Min messli l-mantar?'' Id-dixxipli tiegħu qalulu: "Qiegħed tara dawn in-nies kollha jrossu madwarek, u tistaqsi, ‘Min messni'''? Hu beda jħares madwaru biex jara jilmaħx lil dik li kienet għamlet dan. Imbagħad il-mara, tirtogħod bil-biża' għax għarfet x'kien ġralha, resqet, xteħtet f'riġlejh u sqarritlu s-sewwa kollu,. "Binti,'' qalilha, "il-fidi tiegħek fejqitek; mur bis-sliem u kun imfejqa mill-marda tiegħek''. Kif kien għadu jitkellem, waslu xi wħud mid-dar tal-kap tas-sinagoga u ‘l dan qalulu: "Bintek mietet; għalfejn tħabbtu iżjed ‘l-Imgħallem?'' Iżda Ġesu' sema' x'kienu qegħdin igħidu, u qal lill-kap tas-sinagoga: "Tibżax, biss inti emmen.'' U ma ħalla ‘l ħadd imur miegħu ħlief lil Pietru, ‘il Ġakbu, u ‘l Ġwanni ħu Ġabku. Waslu d-dar tal-kap tas-sinagoga, u ra storbju sħiħ u nies jibku u jixhru. Daħal, u qalilhom: "Dan l-istorbju kollu u dan il-biki għalfejn? It-tfajla mhix mejta, imma rieqda.'' U qabdu jiddieħku bih. Imma hu ke``iehom ilkoll ‘il barra, ħa miegħu ‘l missier it-tfajla u ‘l ommha u ‘l dawk li kienu miegħu, u daħal fejn kienet it-tfajla. Qabdilha ibdha, u qalilha: "Talitha, qum!'', iġifieri, "Tfajla, qiegħed ngħidlek, qum!'' Minnufih it-tfajla qamet u qabdet timxi; għax kellha tnax-il sena. U baqgħu miblugħin bil-għaġeb, U hu wissiehom biex dan ma jkun jaf bih ħadd, u qalilhom jagħtuha tiekol.

APPLIKAZZJONI:

San Mark jiddeskrivi zewg mirakli ta' Kristu li sehew fuq ix-xtut tal-Bahar tal-Galilea matul l-ewwel xhur tal-ministeru pubbliku tieghu. Din is-silta taghtina prova tal-qawwa tad-divinita' tieghu. Apparti li l-iskop primarju tal-mirakli tieghu kien li juri li hu kien il-Messija, il-mirakli tieghu kollha kellhom bhala ghan principali taghhom li jtaffu t-tbatija u s-soffernza tal-bniedem. Qatt ma wettaq miraklu biex jghaggeb lil ta' madwaru. Kull meta ghamel miraklu, ghamlu biex jghin lil xi hadd li kien ghaddej minn kalvarju.

 U kull min ircieva xi beneficcju mill-mirakli tieghu kien motivat mill-fiducja tieghu Fih u fil-hniena u l-qawwa tieghu. Mhux l-ewwel darba, anzi kull darba folla kbira ta' nies kienet timxi wara Gesu' biex tisimghu u tarah jew tircievi xi miraklu minghandu. Madanakollu nies ohra baqghu fi djarhom mdawwra bil-hsibijiet u xoghol iehor tad-dinja. Semghu xi ghajdut fuq dan ir-ragel minn Nazaret li jinghad li kien il-Messija u li kien qed iwettaq il-mirakli, imma ftit impurthom biex jivverifikaw dak li semghu.

 Jidher li ma kellhomx interess fuq il-Messija jew il-hwejjeg spiritwali tieghu ghaliex mohhom biss kien fl-interessi mundani. U f'dan il-millenju hafna u hafna nsara ghadhom igibu ruhom l-istess bhan-nies ta' zmien Kristu fejn aktar jinteresshom il-hajja taghhom materjali milli dak li jixtieq minnhom Kristu. Dawn il-follol ta' zmienna jintilfu wara l-progress enormi tad-dinja li hatafhom u ghamdilhom ghajnejhom biex ma jarawx il-verita' u saddilhom widnejhom biex ma jisimghux.

 Dawn il-follol ta' zmienna huma morda spiritwalment. Ma ghandhomx il-kuragg li kellu Gajru biex bl-umilta' u l-fidi jinxtehtu f'riglejn Gesu' u jitolbuh ifejjaqhom. Niggieldu din it-telqa spiritwali bit-talba ta' l-imgiddem lill-Mulej Gesu: " Mulej, jekk trid tista' tfejjaqni." Neghlbu din il-bruda spiritwali billi bhal mara marida, inkissru s-suppervja taghna, l-interessi egoistici taghna u dak kollu li jghammdilna ghajnejna u immissu it-tarf tal-libsa ta' Gesu'. B'fidi bhal din il-hajja taghna spiritwali timbidel minn lejn ghan-nhar.

Make a free website with Yola