jesusandmary

 

 

 (1)

L-ETERNITA’ HIJA PAJJIZEK

Ibni/Binti.

1.F’kull ma taghmel ftakar fil-fini ahharija tieghek u inti qatt ma tidneb.

Sakemm ghandek iz-zmien ahdem ghal eternita’ filwaqt li ggib quddiem il-menti tieghek li l-hajja hija tassew qasira. Fi ftit zmien inti tintrad lejn l-art li minnha gejt ghaliex inti trab kont u trab terga’ issir.

X’inhija l-hajja tal-bniedem fuq l-art? Bhal dahna li tidher ghal ftit, imbaghad tghib u qisu qatt ma kien xejn.

Sa mill-jum li fih inti twelid, inti ma waqaftx timxi lejn tmiemek u mhux fis-setgha tieghek li tibqa’ hawn.

2. Ahseb ftit fuq iz-zmien kif ghextu. Ma jidhirlekx li kien qisu holma? U aktar jidher qisu holma meta toqrob il-mewt li f’xi hint rid jew ma tridx ser tiltaqa’ maghha. Hekk hu! In-numru ta’ snin li jista jghix il-bniedem huwa ta’ sebghin sena jew l-aktar tmenin jew jekk ikun ghadma iebsa disghin: imam dan in-numru ta’ snin imqabbel ma l-eternita’ huwa qatra hdejn ocean.

Il-punt tal-hin tal-mewt jiddependi l-eternita’ tieghek tkunx wahda ta’ ferh jew disperazzjoni.

L-eternita’ ma ghandhiex granet jew snin imam dejjem ghaddejja bla ma qatt tieqaf. Li kieku int ilek tghix ghal hafna u hafna snin, u issa riesaq lejn il-mewt, x’tiswa hajtek jekk inti ma tkunx ghextha maqghud mar-rieda tieghi?

3.Ghalhekk Ibni/Binti ifhem sew il-valur tal-hin. Aktar ma tahli hin aktar qed tahli hajtek.

Il-valur tal-hin jissuppera t-tezor kollha tad-dinja. Bir-rikkezzi kollha tad-dinja inti ma jirnexxilekx tixtri sekonda wahda; imma biz-zmien inti jirnexxilek tasigura ruhek minn tezori li ma jispiccaw qatt.

Tahseb inti li kieku l-mejtin kellhom cans jakkwistaw ftit sekondi ma jimpjegawx da nil-hin jew biex jaghmlu opri tajba halli jzidu l-merti jew biex jaghmlu indiema halli jehilsu mill-kastigi. Imma issa dawn l-erwieh dahlu fiz-zmien li ma jistghux jergghu lura fid-dinja.

Hemm nies fost dawk li jimxu fuq l-ispritu tad-dinja u ohrajn li huma nies ta’ hajja tajba li jhobbu jahlu z-zmien. B’dan l-agir ikunu qed jaghmlu hsara lilhom infushom flok jigglorifikaw lili, jew jghinu lil ghajrhom jew jigbru tezori ta’ merti ghalihom infushom ghal eternita’.

4.Gib quddiem il-menti tieghek l-ghan li ghalih inti gejt fid-dinja. Evidentement ghal xejn aktar biex tipprepara ruhek ghal eternita’. Ghax wara kollox din il-hajja prezenti mhux novizzjat ghal eternita’?

F’din il-hajja qasira tieghek ghandek bosta dmirijiet x’taqdi: il-hafna difetti biex tpatti ghalihom, is-salvazzjoni u l-qdusija ta’ ruhek, infern li minnu ghandek tahrab, purgatorju li ghandek tevita, il-genna li trid tassigura ruhek minnha, proxxxmu li lilu trid taghti ezempju tajjeb u ghajnuna biex hu wkoll isalva, u fl-ahhar tonorani u tigglorifikani b’mod l-aktar xieraq u bil-hila tieghek kollha.

Jekk dan ma taghmlux matul hajtek hawn fuq l-art tkun hlejt zmienek u mbaghad ikollok tbati l-konsegwenzi tan-negligenza tieghek.

Iz-zmien huwa tieghi u mhux gtieghek; Jiena slifthulek sabiex taghmel uzu tajjeb minnu skond ix-xewqat tieghi. Jekk tahlih trid taghtini kont tieghu; jekk tuzah tajjeb tkattar il-merti, tikber fil-grazzja u jkun jisthoqqlok il-premju.

5.Ibni/Binti , immagina lilek innifsek fuq it-targa ta’ l-eternita’ meta z-zmien hawn fid-dinja jispicca u jibda’ iehor li ma jintemm qatt u ara x’hsibijietjghaddulek minn mohhok dwar l-imghoddi u l-futur.

L-eternita’ hija pajjizek u darek. Inti vjaggatur u barrani fuq din l-art. Ftit hin iehor u kull sinjur jew fqir, bravu jew injorant, ragel jew mara, zaghzugh jew xih, irid jersaq lejn dan il-punt ta’ l-eternita’. Jghaddu snin twal, id-dinja tintemm imma inti tibqa’ tghix ghal dejjem jew tgawdi premju jew tbati kastig.

Kemm nixtieqek li tifhmu dan kollu.

6.Inti trid issalva ruhek ghal eternita’ u ebda hadd ma jista’ isalvak. Hadd anqas jiena ghax ghalkemm kont Jien li hlaqtek minghajrek, Jiena ma nsalvakx minghajrek.

Issa huwa z-zmien li taghmel dan. Issa u mhux imbaghad; imbaghad mhux tieghek. Emmen li kull jum ser ikun ghalik l-ahhar wiehed u ghaldaqstant ghix b’tali mod u manjiera li ser tmur tiltaqa’ bil-ferh ma’ Iben il-Bniedem.

Imbierek il-bniedem li meta nigi jiena nsibu bil-lampa mixghula f’idejh. Tassew nghidlek li Jiena nqieghdu fuq il-gid kollu tieghi.

ID-DIXXIPLU:

Tassew O Mulej li l-hajja hija wahda qasira. Mahfra ghalkemm drabi qist hwejjeg li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-eternita’ bhala hwejjeg zghar jew mhux ta’ siwi. Kemm kont ghama! Kemm hlejt zmien naqdi d-dinja u warrabt Lilek.

Flok kbirt fil-virtu’ mort lura fil-hajja spiritwali.

Aghdirni O Mulej qabel nidher quddiemek u hallini hawn fid-dinja nikbi htijieti. Kebbes lil qalbi bin-nar ta’ imhabbtek biex nikseb hajja dejjiema ta’ ferh.

Make a free website with Yola