jesusandmary

 

IEQAF U STRIEH MA’ GESU’.

Ganni hass ugigh fi spalltu u drieghu u biex ikompli mal-hajja ta’ kuljum kien qed ibati. Ghalhekk mar ghand it-tabib li qallu li ghalkemm ma kellu xejn gravi kien qed ibati minn xi muskoli ffjammati.

Tah, ghalhekk, xi pilloli u talbu jistrieh u ma jithabattx izzejjed matul il-jum. U hekk kellu jaghmel Ganni, jistrieh ftit filghodu u raqda qasira wara nofs in-nhar kienu jaghtuh sahha bizzejjed biex jaghmel dak ix-xoghol li kien essenjali ghal dak il-jum. Sakemm fieq kellu jimxi fuq dik ir-ricetta tat-tabib.

Meta Gesu’ baghat lid-dixxipli tieghu biex jghallmu f’ismu fl-ibliet u irhula tant kien jahdmu li ttraskuraw jieklu u jistriehu. Meta gew lura, Kristu qalilhom : "Ejjew nirtiraw wahedna f’post ghall-kwiet u hemm nistriehu ghall-ftit.” (Marku 6:31)

Kulhadd irid u ghandu bzonn il-mistrieh u jekk ma naghmlux hekk inbatu f’sahhitna. U ma nkunux nistghu naqdu d-dmirijiet taghna kif suppost. Il-Mulej qed jghidlek biex “twarrab ftit fil-gemb........ u tistrieh ghall-ftit?” Kultant ftit mumenti ta’ waqfien mieghu jkunu mehtiega.

BIEX TIEQAF LI TITKISSER, GHAMEL WAQFA TA’ MISTRIEH U TALB FLIMKIEN U QUDDIEM GESU’. AHNA MA NISTGHUX NGHIXU MINGHAJR GESU’. KOLLOX FIH, KOLLOX BIH U KOLLOX GHALIH.JEKK TIMXI FUQ DAN IL-PARIR TARA X’BIDLA SSEHH FIK.

Make a free website with Yola