jesusandmary

 

 

IL-PARABBOLA TAL-HADDIEMA


L-EVANGELJU (20, 1-16a)
Qari mill-Evangelju ta' San Mattew

F'dak iz-zmien: Gesù qal lid-dixxipli tieghu din il-parabbola: "Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wiehed sid li hareg fil-ghodu kmieni hafna jsib nies ghax-xoghol u jhaddimhom fil-ghalqa tieghu tad-dwieli. Ftiehem ma' xi haddiema b'dinar kull jum u baghathom il-ghalqa. Hareg ukoll madwar id-disgha ta' fil-ghodu, ra ohrajn qeghdin fil-pjazza, bla xoghol, u qalilhom, "Morru intom ukoll il-ghalqa, u naghtikom li jkun haqqkom." U marru. Rega' hareg ghal xi nofs in-nhar, u mbaghad ghal xi t-tlieta, u ghamel l-istess. Ghall-habta tal-hamsa ta' wara nofs in-nhar rega' hareg u sab ohrajn qieghda, u qalilhom, "Ghaliex qeghdin hawn il-jum kollu ma taghmlu xejn?" Qalulu, "Ghax hadd ma qabbadna." Qalilhom, "Morru intom ukoll il-ghalqa."

Ghal filghaxija mbaghad qal sid il-ghalqa lill-prokuratur tieghu, "Sejjah lill-haddiema u hallashom, ibda minn dawk li gew l-ahhar u spicca b'dawk ta' l-ewwel." Gew dawk li dahlu ghax-xoghol ghal xi l-hamsa u hadu dinar kull wiehed. Gew ta' l-ewwel, u stennew li kienu se jircievu aktar, izda huma wkoll hadu dinar kull wiehed. Huma u jithallsu qabdu jgemgmu kontra s-sid u jghidu, "Dawn ta' l-ahhar siegha wahda ghamlu, u int qisthom bhalna li tghabbejna bil-piz tal-jum u s-shana." Qabez is-sid u qal lil wiehed minnhom, "Habib, minn xejn ma nqastek jien; mhux b'dinar ftehimt mieghi? Hu li jmissek u itlaq. Lil dan ta' l-ahhar irrid naghtih daqs kemm tajt lilek. Ma nistax naghmel li rrid bi hwejgi jien? Jew qieghed tghir ghax jien qalbi tajba? Hekk ta' l-ahhar jigu l-ewwel, u ta' l-ewwel l-ahhar."

Din is-silta tqanqal fina reazzjoni ghax ahna npingu lil Alla mod izda fil-fatt hu iehor. Jghid is-Salm li l-hsibijiet t'Alla ma humiex il-hsibijiet tal- bniedem. U Gesu' illum jghidilna storja biex jghallimna din il-verita'.

Sid il-ghalqa hareg f'hinijiet differenti biex jingagga haddiema fil-ghalqa tad-dwieli tieghu.

Alla hu li jaghzilna biex inkunu haddiema fil-ghalqa tieghu, biex inkunu dixxipli u xiehda tieghu hawn fid-dinja. L-ghazla taghna bhala dixxipli ta' Kristu hi rigal ghalina. Ma naqilghuhiex b'xi mertu taghna. "Mhux intom ghaziltuni, izda jiena ghaziltkom biex taghmlu l-frott u l-frott taghkom jibqa'," qalilna Kristu. Kristu ghazilna mhux ghax ghandna t-talent jew hdimna fit-tul fis-servizz tieghu, imma ghax jrid jaghitna l-grazzi tieghu. Li ahna dixxipli ta' Kristu ma jaghtina ebda preferenza ma' Alla, ghax Alla hu gust u jaghti lil kulhadd dak li haqqu.

Hadd minna ma jista' jghid "jiena qdejt lil Alla hajti kollha, Alla ghandu jkun jafhuli." L-ghazla ta' Alla taqa' fuq kulhadd, minghajr ebda diskriminazzjoni ta' razza, talent jew edukazzjoni. Kull ma jehtieg biex Alla jinqeda bik hu li tkun qalbek miftuha ghar-rieda ta' l-Ispirtu t'Alla li meta milqugh bil-qima jopra paci u gustizzja fid-dinja permezz taghna.

Mose' kien jahseb li ma setghax jitkellem mal-potenti tad-dinja ghan-nom t'Alla u tal-poplu Lhudi ghax kien itemmtem, izda Alla kien jahseb mod iehor.

Zakkew kien jahseb li kien eskluz milli jkun dixxiplu ta' Kristu ghax kien jisraq in-nies fil-gbir tat-taxxi., izda Gesu' kien jahsibha mod iehor.

Il-mara sino fenicjana argumentat il-punt ma' Kristu biex tisfurzah jismaghha, li anke il-griewi jieklu mill-frak tal-mejda. U bintha fieqet.

Irridu nghidu biss "Grazzi Mulej."

Sid il-ghalqa ttratta lil haddiema tieghu bi hniena u gustizzja. Dak li ftiehem mal-haddiema tahulhom.

Nemmen jiena li dawk li jmorru l-knisja huma aktar migjuba minn dawk li ma jmorrux?
Nemmen jiena li dawk id-divorjati huma ahjar minn dawk li baqghu jghozzu z-zwieg?
Nemmen jiena li il-Kattolici huma aqwa minn dawk li ma humiex?
Min jiena biex niddeciedi min jisthoqqlu l-imhabba t'Alla?

Irridu nkunu attenti li ma nipprentendux li ahna niffurmaw parti mill-haddiema ta' l-ewwel sejha ghax jekk inhu hekk nkunu arroganti ma'Alla. Ma nipprentendu qatt xi hlas specjali jew ahjar minn ta' haddiehor ghax qed inwettqu l-hidma taghna bla heda. Il-mira taghna ghandha tkun biss il-mod kif qed inwettqu din il-hidma favur Alla taghna. Il-bqija f'idejn Alla.

Il-bniedem jimxi b'dan il-mod: ittini u ntik lura. Izda Alla hu l-oppost ghax dak li jaghti Alla hu gratwit, b'xejn, minghajr hlas, ghax Alla jhobb. U ghax Alla joffri is-salvazzjoni tieghu lil kull bniedem. Ma jaccettax il-qasma fost il-bnedmin : ta' l-ewwel jew ta' l-ahhar.

Ta' l-ewwel huma dawk li jahsbu li ghandhom xi dritt ghas-salvazzjoni. Ghal dawn ir-rapport mar-religjon huwa li jaghtu u jircievu skond il-gustizzja umana. U allura din il-klassi ta' nies tippretendi li tircievi daqs kemm taghti lura lil Alla. Ghal Alla ma jezistux klassi ta' bnedmin, kulhadd hu ndaqs.

Fil-parabbola ta' haddiem fil-ghalqa tad-dwieli, tidher il-hniena u l-generosita' t'Alla mal-bniedem. Haga hafifa li wiehed jircievi u intant ahna nircievu hafna mal-jum minghand il-Mulej. Imma meta jigi biex wiehed jaghti, wiehed isir idejh maghluqa u possessiv. Allura l-generosita' tigi moghtija bil-qies. Mhux hekk Alla, mhux hekk. Ghalih kullhadd hu xorta. Anzi qalb Alla thenn bil-kotra ghal dawk li huma l-iskart tad-dinja, dawk li ghandhom bzonn l-aktar l-ghajnuna tieghu.

Li kieku konna haddiema li tajtna s-sehem taghna ta' xoghol il-jum kollu u imbaghad insibu li dawk li hadmu inqas minna thallsu daqsna, x'jibqa' minna? Certament nohorgu nghajtu fuq l-ingustizzja tas- Sid! Imma nghiduha kif inhi ma thallasniex dak li ftiehmna? Ghaldarb'ohra ninsabu quddiem evangelu li jmur kontra kull logika umana, ghal darb'ohra Alla jidher li hu

Alla hu il-maqlub ta' kif nahsbuh u naghmluh ahna. Fid-dinja tal-lum jehtieg li tkun l-aqwa u produttiv biex issalva, inkella teghreq! Kollox sar kompetizzjoni. Pero' il-qari tal-kelma t'Alla jdawwar is-sitwazzjoni kollha. Alla ghandu pjan differenti min taghna biex jiggwida d-dinja. Li jghoddu quddiem ghajnejn Alla huma dawk ta' l-ahhar, dawk li d-dinja twarrab minn nofs u tarmihom. Dawk li ghad -dinja huwa t-telliefa.

Fittex lil Alla fejn tassew jinsab u mhux fejn nahsbu li Alla ghandu jkun. Ma nwarrbux il-fatt li barra li Alla jinsab fil-palazzi, djar sbieh u pjazzez jinsab ukoll fejn hemm it-tbatija, fejn hemm l-ingustizzja, fejn hemm il-mard, fejn hemm il-guh, fejn hemm is-swat. Hemm ukoll hija l-ghalqa tal-Mulej, il-post fejn wiehed jara l-proxxmu tieghu f'dawn ic-cirkustanzi koroh tal-hajja.

Make a free website with Yola