jesusandmary

 

 IN-NISRANI JKOMPLI X-XOGHOL TA' KRISTU

L-EVANGELJU

 Qari mill-Evangelju ta' San Mark (6, 7-13)

 F'dak iz-zmien, Gesù sejjah it-Tnax, u beda jibghathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgha fuq l-ispirti hziena. U wissiehom biex ma jiehdu xejn maghhom ghat-triq hlief hatar: la hobz, la horga, lanqas flus fi hziemhom; imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux zewg ilbiesi. Qalilhom: «Fejn tidhlu f'xi dar, ibqghu fiha sa ma titilqu minn hemmhekk. U jekk xi post ma jilqaghkomx u ma jisimghukomx, itilqu minn hemm u farfru t-trab minn taht saqajkom bhala xhieda kontrihom.» Hargu mela jxandru biex in-nies jindmu; u keccew bosta xjaten, u dilku hafna morda biz-zejt u fejquhom.

 

 HSIEB

 Dak li gara lill-profeta Amos snin ilu gara matul iz-zminijiet u qed jigri fi zmiena fuq skala akbar minn qatt qabel. Dan ir-ragel t'Alla gie tturufnat minn pajjizu u ghalqulu halqu ghax dak ll-messagg t'Alla li ried iwassal lill-bnedmin ta' zmienu, in-nies ma riedux jisimghuh. Li kieku l-poplu sema' minn kliem Alla permezz tal-profeta Amos, kieku l-poplu heles mill-ezilju. Imma ghaliex il-poplu ma riedx jisma' minn Alla, in-nazzjon pagan girien hakem lil Izrael. Kull profeta li ried iwassal il-messagg t'Alla bata'. Anke Kristu ghaddha minn din it-triq ukoll. U kull segwaci ta' Kristu irid jghaddi minn din it-triq tal-persekuzzjoni ukoll. "Hekk haqru lili jahqru lilkom ukoll," widdibna Kristu. Dan narawh mill-istorja tal-knisja fejn il-membri taghha ghaddew minn persekuzzjoni ghal ohra, batew, sahansitra kellhom ihallu hajjithom ghall-fidi nisranija u anke fixkluhom biex ma jxandrux il-verita' divina. Imma dan kollu ghalkemm f'ghajnejn in-nies tad-dinja jidher li qed jirnexxi, ikun qed jigri bil-maqlub. Il-knisja tkun qed tissahhah fil-mohbi u jasal zmien meta tohrog rebbieha u tiumfanti. Dak li sehh madwar 800 sena qabel Kristu ghandu jigri l-lum. Alla huwa imnehhi mill-hajja tal-bniedem hekk li kollox huwa materjali

. U din iz-zerriegha hazina li qed timbet kull jum ghandha min jghinha tkompli tizvillupa meta dawk li suppost jaghmlu xi haga, zghira kemm hi zghira jibqghu ndifferenti qisu ma hu qed jigri xejn. Il-bneidem jahseb li hu jista' jmexxi kollox hu skond ir-regoli tieghu, imma l-fatti juri li kollox imur zmerg minghajr il-presenza t'Alla. Id-dinja jehtieg li ddur lejn Alla u l-ghaxar kmandamenti tieghu. Id-dinja hija l-ghamara t'Alla fejn il-kreaturi tieghu ghandhom l-obbligu li jaqduh u jservuh. San Pawl fl-ittra tieghu lil Efesin ifakkarhom fit-taghlim baziku tal-fidi nisranija u jghidilhom li Alla ghamilna ulied addottivi tieghu permezz ta' l-inkarnazzjoni ta' Ibnu Gesu' Kristu. Kawza ta' dan it-trattament specjali ahna kreaturi tieghu ghandna ghax inkunu rikonoxxenti hafna lejn Alla l-Missier taghna. Alla taghna ghax ihobbna lestilna ghamara ta' ferh wara din il-hajja u ghax ahna uliedu ahna nippartecipaw minn din il-weghda tieghu kemm-il darba ahna nkunu instabna denji li tinghatalna. Il-mewt mhux teqridna ghal dejjem izda hija cirkustanza li permezz taghha timbidel hajjitna jew ghall-glorja jew ghall-kastig, skont ma ahna ikun jisthoqilna.

Dan seta' jsehh biss bl-inkarnazzjoni ta' Gesu' Kristu; Lilu glorja u unur ghal dejjem ta' dejjem. Seta, kieku ried Kristu xandar il-messagg ta' paci u salvazzjoni lid-dinja permezz ta' mezzi ohra, izda Huwa ried lill-bniedem jippartecipa f'din il-hidma u hekk ikollu sehem minn missjoni nobbli u divina. U biex jasal ghal dan il-ghan il-bnedmin li ghazel ma kienux ta' xi klassi gholja jew edukazzjoni mill-aqwa izda bnedmin dghajfa u bla hila. B'hekk wera li hu jifhem id-djughfija tar-razza umana. Alla ried li l-bniedem jaghzel hu. Iridu jaghzel hu jekk jaccettax il-premju etern jew u mhux jaghtuhulu bil-fors. Ried li l-genna jkun hemm nies volontiera u mhux tal-lieva. Il-bniedem li jaghzel il-genna irid jaghzel il-mezzi biex jasal hemm. Mezzi ghandna hafna fosthom is-sagramenti, il-Kelma t'Alla miktuba u ppredikata ecc ecc. Nirringrazzjaw lil Alla talli poggiena fit-triq li twassalna lejn il-ferh perfett. Alla huwa ghani fil-hniena tieghu u ma jinsa' qatt lil uliedu.

 DEO GRATIAS

Make a free website with Yola