jesusandmary

 

 L-ISEM HELU TA’ GESU’.

Qatt kont taf li l-Indonesja hija grupp ta’ gzejjer ta’ aktar minn 17,500 li flimkien ghandhom arja ta’ kwazi 750,000 mil kwadru? Infatti l-isem Indonesia jfisser grupp jew nazzjon ta’ gzejjer.

Fil-Bibbja nsibu li hafna drabi lin-nies kien jinghatalhom isem – kultant fit-twelid u anke zmien wara – li kien juri u jitkellem fuq il-karattru taghhom. Per ezempju Barnaba li jfisser “iben il-kuragg” kien kontinwament jaghmel kuragg u jqawwi t-tama ma’ kull min jiltaqa. Gakobb li ismu jfisser “ makak”  ripetutament kien jimmanipulaw lin-nies u s-sitwazzjonijiet ta’ madwaru ghal l-iskopijiet egoisti tieghu.

Pero’  hadd ma kien moghti isem hekk preciz u li joqghodlu hlief Gesu’. Meta l-anglu deher lil Guzeppi u kellmu fuq it-tarbija li kellha titwieled minn Marija, qallu: “U inti issemieh Gesu’ ghaliex hu jsalva lill-popli minn dnubiethom.” (Matt 1: 21).

Gesu’ jfisser “il-Mulej Salvatur” u jiddefenixxi kemm, min hu Gesu’, kif ukoll ghaliex gie fid-dinja fostna l-bnedmin. Huwa msejjah ukoll “Immanuel” li jfisser “Alla maghna”.  Ismu jirrivelalna li Hu t-tama eterna taghna.

L-ISEM TA’ GESU’ HUWA L-QALBA U L-QOFOL TAL-FIDI U T-TAMA TAGHNA. SEJJAHLU KEMM META TINSAB QALB IT-TEMPESTI TAL-HAJJA BIEX JGHINEK KIF UKOLL META SSIB RUHEK FIL-GLORJA BIEX TFAHHRU GHAL DAK LI GHAMEL MIEGHEK.


Make a free website with Yola