jesusandmary

 

 IT-TOQOL TAS-SALIB.


Ghal snin wara d-depressjoni ekonomika, is-suq finanzarju mar il-bahar. Kellu jkun Harry Markowitz li fis-sena 1952 hareg bl-idea li l-investituri kellhom jifirxu flushom fuq diversi kumpanniji u industriji. Fis-sena 1990 Markowitz flimkien ma’ tnejn ohra rnexxilhom jirbhu l-Premju Nobel fix-Xjenza ta’ l-Ekonomija ghat-teoriji taghhom.

Bhal dawk l-investituri , is-segwaci ta’ Kristu jistghu jsibu ruhhom imkissra wara “tifrika” fil-hajja personali taghhom. Ma jkunux jafu minn fejn ser jibdew jew ikomplu. Nistghu nkunu qed nistennew ghal dak il-mument li fih idea kbira jew azzjoni, tghinna neghlbu falliment li nkunu esperjenzajna.

Ninsew li Gesu’ diga ghamel dan ghalina. Huwa nehha minn fuqna l-ghajb tal-htija u helisna mid-dnub u habbibna ma’ Alla. Ghaliex Huwa tana hajtu u qam mill-imwiet, meta naqghu fid-dnub nistghu nqumu mieghu ghaliex hu juri hniena maghna.

Il-mument li fih niltaqghu ma’ Kristu, il-vjagg ghal eternita’ jibda’ mieghu.  Huwa jimxi maghna sabiex ikun jista’ jibdilna f’nies li nixtiequ li nkunu u ghal iskop li ghalih ahna konna mahluqa.

UMILJA RUHEK, HARES LEJN IL-FALLIMENT TIEGHEK U SSIB LIL ALLA HDEJK LEST LI JILQGHEK. ALLA QATT MA JABBANDUNA LIL HADD F’EBDA MUMENT TAL-HAJJA.


Make a free website with Yola