jesusandmary

  

KIF L-ERWIEH IDAGHFJU L-HAJJA SPIRITWALI TAGHHOM.


GESU’ JITKELLEM:


Ghaziz/ghaziza ibni/binti, naddaf lil qalbek minn kull htija u zomm lilek innifsek boghod minn kull tebgha’ ta’ l-inqas dnub. Ma hemm ebda raguni u anqas ma jista’ jkun hemm, li ghalih inti tista’ tidneb, anke venjalment. Ghaliex ghalkemm tista‘ issalva d-dinja kollha mit-telfien, hija haga kontra l-ligi li toffendini anke fl-inqas haga billi jiena nfinitament bilwisq aktar eccelenti mill-univers. Xi whud jzommu ‘l boghod mid-dnub il-mejjet, imma ma jiskruplkawx li jikkommettu hwejjeg zghar kontra l-ligi tieghi; sinjal car li huma aktar mimlija bl-imhabba lejhom infushom milli bl-imhabba lejja. Povri erwieh! Jitghallmu bi spejjes taghhom kemm qarrqu bihom infushom.


2. Min ma hux fidil fil-ftit ma hux fidil fil-wisq; u billi jidra’ li kollox jghaddi, jahseb li hu jkun miexi fuq il-binarju t-tajjeb; u minghajr ma jibda’ jiddejjaq jasal biex jikkommetti dnubiet gravi. Fil-genn tieghu jsibha haga komda li jimxi fit-tarf ta’ precipizzju; u jigri, u bir-raguni li meta tizloq saqajh jibqa’ niezel ghal isfel fl-abissi. Ghalhekk attent mid-dnubiet venjali li ma tmurx taqa’ fi dnubiet mejta. Sakemm inti taccetta li tikkommetti l-inqas htija, inti tkun qed tesponi is-salvazzjoni tieghek ghall-periklu.


3. Hafna tassew juru sobgha ghat-tigdid tal-mewt tieghi permezz tad-dnub il-mejjet; madankollu ma jieqfu qatt b’offizi zghar jimlewli lil qalbi bid-dieqa. Ah! Ghaziza binti/ghazi ibni oqghod attent ghal dak li qed taghmel. Ghaliex waqt li inti taf li qed tinfidli lil qalbi b’ferita zghira, forsi tizbalja kif gara lil hafna, u toffendi lil Qalb tieghi gravament. O x’ebusija tal-qalb tal-bniedem! Hafna aktar joqghodu attenti u jibzghu joffendu lil bniedem milli lili, Alla u s-Salvatur taghhom.


4. Sakemm tibqa’ tidneb, anke venjalment, inti qatt ma tista’ idduq il-veru ferh. Jekk inti ghandek il-veru perfezzjoni ghal qalbek, kif suppost li ghandek, fid-dmir li tahrab kull nuqqas, kbir jew zghir, ghax inkella tkun qed tahdem ghal xejn. Ghaliex id-dnub il-venjal inaqqas l-imhabba, u jgib il-bruda; jostakola s-sorsi ta’ grazzi specjali u ftit ftit jizvotja lir-ruh mill-hegga spiritwali.


5. Ahseb ftit x’jkollok issofri fil-purgatorju minhabba id-dnubiet venjali. Hemm is-sofferenzi huma kbar, u jisbqu l-ugighat kollha flimkien tad-dinja u l-hajja. Ghaziz ibni/binti, iggibx fix-xejn ix-xewqa tieghi li naghmlek ferhan billi nkattar fik il-grazzji tieghi.


6. IL-VUCI TAD-DIXXIPLU: O Mulej, id-dnub il-venjal, allura, mhux ta’ min iqisu bhala xi hazen ckejken ghaliex dan joffendik u jferi lil Qalbek u jtellef bosta grazzi specjali lir-ruh u jtellifha li timxi ‘l quddiem fil-hajja spiritwali u fl-ahharnet jesponiha ghal hsarat gravi li jwasslu ghat-telfien etern. U jiena qist dan il-hazen bhala xi haga zghira, u li kollox jghaddi qisu ma hu xejn. X’genn ! ikkommettejt bosta u bosta transgressjonijiet. O ruh tieghi din hija l-gratitudni lejn is-Sinjur tieghi, Gesu’? Ikollok hniena minni O Gesu’ u naddafni minn htijieti. Imla’ lil qalbi b’imhabbtek. Hallini hawn nikbi dnubieti.

Make a free website with Yola