jesusandmary

 

KULL HTIEGA HI MPORTANTI QUDDIEM ALLA


Min minnkom jekk ibnu jitolbu huta ser jaghtih serp jew jekk jitolbu bajda ser jaghtih gebla. Mela jekk intom tafu taghtu lil uliedkom hwejjeg tajba, kemm izjed jaghti Missieri tas-Sema lil dawk li jitobuh?  -- GESU’ KRISTU.

Hafna ommijiet ta’ tfal zghar kienu qed jaqsmu xi fehmiet dwar it-talb waqt li kienu jistennew lil uliedhom jispiccaw mill-lezzjoni tad-duttrina. Wahda mara qalet: “ Inkunu tassew egoisti jekk noqghodu nhabbtu lil Alla bil-htiegijiet taghna personali.  Meta dak li nehtiegu nqabbluh mal-htigiet kbar tad-dinja allura Alla ma jqis xejn dak li ghandna bzonn.”

Meta marret id-dar, binha z-zghir qaras subajgh mal-bieb tal-kamra u mar jigri jikbi ghand ommu. Ommu ma qaltlux : “Kemm inti egoist biex toghod tinkwetani bil-haga zghir li ghandek f’subghajk meta jien tant ghandi x’naghmel....irrid nipprepara l-ikel ghal hutek u missierek, nifrex is-soddod, nahsel il-hwejjeg..........etc etc.”

Imma, le, haddnitu ma’ qalbha u wrietu kompassjoni.

Is-salm 103 vers 13 ifakkarna li din hija t-twegiba ta’ l-imhabba kemm dik umana kif ukoll dik divina. [S:103:13] Bħalma jħenn il-missier għal uliedu, hekk iħenn il-Mulej għal min għandu l-biża' tiegħu.

F’Isaija 49  vers 15 Alla jghidilna li anke jekk omm tista’ tinsa’ lit-tarbija taghha, Hu ma jinsa’ qatt lil uliedu.

Alla assigura lill-poplu tieghu: “ Jiena naqqaxtkom fuq il-palmi ta’ idejja (vers 16)

Intimita’ bhal din tappartieni biss lil dawk li jibzghu mill-Mulej u jistriehu fuqu aktar mill-fuq il-hiliet taghhom. Bhal dak it-tfajjel li wegga’ subghajh u gera’ ghand ommu biex isib konfort, hekk ahna nistghu nigru lejn Alla taghna bil-problemi li nhabbtu wiccna maghhom.

Il-hanin Alla ma jittraskuraniex biex jirrispondi l-htiegijiet ta’ haddiehor. Hu mhux immexxi miz-zmien u hin u l-imhabba tieghu ma ghandhiex limitu. Kull problema, zghira kemm hi zghira ghandha l-importanza taghha quddiemu. 


Isma’ lil San Gorg Preca jghidlek f’wahda mill-kitbiet tieghu: 

SINJUR ALLA INTI HAWN U JIENA FIK, INKELLMEK U INTI TISMAGHNI, NITOLBOK U INTI TAGHTINI GHALIEX INTI WREJTNA FL-ISKRITTURA MQADDSA LI HUMA DELIZZJI GHALIK LI INTI TKUN MA WILED IL-BNEDMIN.

X’inti tistenna mela? Dur lejn Alla u Hu jisimghek.


Make a free website with Yola