jesusandmary

 

 

XI KWALITAJIET TAN-NISRANI

 Il-kapijiet tal-Lhud  wrew stmerrija kbira ghal imgieba ta’ l-Appostli minhabba li kienu qed jattiraw numru kbir ta’ segwaci. Kien ghalhekk li gabuhom quddiemhom biex jinterrogawhom. Izda Pietru mimli bl-Ispirtu Santu iddefenda b’kuragg kbir il-kawza taghhom.  Zgur li ser

 
insibu stmerrija u tfixkil meta naghzlu li nkunu xiehda veri ta’ Kristu.



Widdibna l-Mghallem taghna Gesu’ “ La darba haqru lili, jahqru lilkom wkoll.”  Mela  wahda mill-affarijiet li wiehed jistenna fis-servizz tal-Mulej hija l-iskoragament li jista jiehu hafna forom – theddid u zeblih. Minn dan ghaddew Pietru u Giovanni - heddewhom biex ibezzghuhom.


 

Li timxi mal-kurrent tad-dinja hija tip iehor ta’ skoragament. “Ghax kulhadd hekk qed jaghmel?” minkejja li dawn il-hwejjeg ikunu kontra r-rieda t’Alla .  Imma l-profeta Danjiel ma adurax lil allat foloz bhalma kienu qed jaghmlu bosta fi zmienu.

 Li wiehed jaffronta sitwazzjoni ta’ biza mhix kuragg.  Hija pjuttost tip  ta’ qlubija. Il-kuragg huwa xi haga differenti.  Il-kuragg hija dik il-virtu li topera t-tajjeb quddiem min jghidlek li inti stupidu, li tqum f’sitwazzjonijiet difficli biex tintghazel u tintghad, li zzomm sod il-valuri spiritwali tieghek quddiem t-tfixkil. Bniedem qalbieni u kuraggjuz  jaghzel li jiggieled meta jsejhulu.

 Huwa wiehed mid-doni ta’ l-Ispirtu Santu. IL-QAWWA.


Il-martri ta’ kull zmien juruna kif nistghu nghixu l-Beatudnijiet illum.  Dawn juruna li jiswa hafna li topponi l-hazen meta iffajcjati kuljum b’ghazliet ta’ imhabba, karita’ u fedelta’ lejn il-Vangelu.


Wiehed, izda ghandu jintela bil-kuragg x’hin jahseb l-Ispirtu Santu jmexxina, HU,  biex nilqghu dak kollu li nhabtu wiccna mieghu f’sitwazzjonijiet koroh spiritwali. “La toqghodux tahsbu ser tghidu jew titkellmu. L-Ispirtu jdawwalkom hu,” qalilna Kristu.

 

FIL-QOSOR:


v Stenna min ifixklek meta tistqarr lil Gesu’ Kristu pubblikament.


v Timxi qatt ma kurrent tad-dinja; ghax haddiehor jaghmel hekk nimxi bhalu. Il-gwida taghna jrid ikun it-taghlim ta’ Gesu’.


v Il-Qawwa u l-Kuragg huma zewg vitujiet li permezz taghhom nimxu taht il-bandiera ta’ Kristu.


 


Make a free website with Yola