jesusandmary

 

 

 L-EWKARISTIJA

 It-twaqqif ta’ l-Ewkaristija Mqaddsa insibuh miktub fil-vangelu ta’ San Mattew li jirrakonta x’ghamel Kristu niffsu fl-Ahhar Cena. San Mattew jirrakonta:

 Mattew Kap 26

[Mt:26:26] Huma u jieklu, Ġesù ħa l-ħobż f'idejh, qal il-barka, qasmu, newwlu lid-dixxipli u qal: "Ħudu, kulu, dan hu ġismi." [Mt:26:27] Mbagħad ħa l-kalċi f'idejh, radd il-ħajr, newwlilhom il-kalċi u qal: "Ixorbu lkoll minnu, [Mt:26:28] għax dan huwa demmi, id-demm tal-Patt, li jixxerred għall-kotra għall-maħfra tad-dnubiet.

 San Gwann, li ma jirrakontax dan l-episodju ta’ l-istituzzjoni ta’ l-Ewkarisitja fil-vangelu tieghu, jiddedika kapitlu shih ghal-weghda ta’ Kristu li jaghti l-Gismu bhal Ikel u Demmu bhala Xorb u jenfasizza l-fatt li jekk ahna rridu li nzommu l-hajja sopranaturali li rcevejna fil-Maghmudija jehtieg li insostnuha permezz tat-Tqarbin.

San Gwann Kap 6 Versi 53-58

[Ġw:6:53] Ġesù mela qalilhom: "Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta' Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. [Ġw:6:54] Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta' dejjem, u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. [Ġw:6:55] Għax ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew xorb. [Ġw:6:56] Min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa' fija u jiena fih. [Ġw:6:57] Bħalma bagħatni l-Missier, li hu ħaj, u jiena ngħix b'Missieri, hekk ukoll min jiekol lili, hu wkoll jgħix bija. [Ġw:6:58] Dan huwa l-ħobż li niżel mis-sema; m'huwiex bħal dak li kielu missirijietkom u mietu; min jiekol dan il-ħobż jgħix għal dejjem."

 Fil-vangeli u anke San Pawl juzaw il-kliem “ hudu” “kulu” u” ixorbu” li jindikaw car u tond li l-Ewkaristija ghandha titikel u tkun kkunsmata. Hekk kif l-ikel materjali u x-xorb huma necessarji biex wiehed isostni l-hajja naturali fil-gisem tieghu, hekk ukoll t-Tqarbin Imqaddes huwa ta’ htiega biex insostnu l-hajja sopranaturali ta’ ruhna.

X’effetti ghandha l-Ewkaristija fuqna?

Sa mill-ewwel zminijiet, il-beneficcji u l-gid li wiehed jircievi mit-Tqarbin Imqaddes kienu mxandra biex jinkoraggixxu li lid-devoti ta’ Gesu’ Ewkaristija jircievuh fit-Tqarbin ta’ spiss, anzi jekk jista’jkun kuljum. San Cirillu ta’ Gerusalemm (miet fis-sena 387) jghid li t-Tqarbin jaghmel minn nisrani, wiehed li jgorr il-Kristu kull fejn ikun. (Katakesi 4, 3)

 San Gwann Krisostmu jghallem f’wahda mill-omeliji tieghu li meta nitqarbnu Kristu jsir haga wahda maghna, hekk kif il-hobz isir haga wahda ma’ gisimna (Omelija 46, 3)

 Dawn u paraguni ohra ta’ kif it-Tqarbin jghaqqadna haga wahda ma’ Kristu huma bazati fuq it-taghlim ta’ Kristu u ta’ San Pawl li jikteb: (1 Korintin Kap 10 Versi 16 -17) [1Kor:10:16] Il-kalċi mbierek li fuqu ngħidu l-barka m'huwiex għaqda mad-demm ta' Kristu? U l-ħobż li naqsmu m'huwiex għaqda mal-ġisem ta' Kristu? [1Kor:10:17] Għax la l-ħobża hi waħda, aħna, li aħna ħafna, aħna ġisem wieħed; lkoll kemm aħna nieħdu sehem minn ħobża waħda.

 Il-knisja tghallem li hekk kif l-ikel u x-xorb ihalli l-effett tieghu fuq il-hajja naturali billi jippreserva l-hajja, itawwal il-hajja, ifejjaq il-hajja u jissodisfa l-hajja, hekk ikun l-effett ta’ dan is-Sagrament fil-hajja spiritwali (Koncilju ta’ Firenze Novembru 22, 1439) Ghalhekk: It-Tqarbin jippreserva l-hajja sopranaturali tar-ruh billi jaghtiha l-qawwa biex tirresisti t-tentazzjonijiet u jdghajjef il-qawwa tal-konkupixxenza. Isahhah il-hila tal-volonta’ libera taghna biex nieqfu lix-xitan.

 Fil-Koncilju ta’ Trentu 11 ta’ Ottubru 1551, il-knisja tiddefenixxi t-Tqarbin bhala l-mezz biex wiehed jikkonserva ruhu minn dnubiet gravi. Toktor il-hajja tal-grazzja permezz tat-Tqarbin billi fina jkomplu jikbru l-virtuijiet u d-doni ta’ l-Ispirtu Santu. Ta’ min ifakkar hawn li t-Tqarbin Imqaddes ma jahfirx id-dnub il-mejjet, infatti huwa sagrilegg li wiehed jaf li hu fid-dnub il-mejjet u jmur jitqarben.

 It-Tqarbin huwa duwwa ghal mard spiritwali tar-ruh, billi dan jnaddafha mid-dnubiet il-venjali u l-kastig temporali minhabba d-dnub basta nuru ndiema li offendejna lil Alla, li tant hu tajjeb u hanin maghna. Mhux inqas, it-Tqarbin iservi biex ibieghdna mid-dnub il-mejjet . It-Tqarbin Imqaddes jaghtina sahha spiritwali biex nimxu ‘l quddiem fis-sevizz ta’ Kristu, billi niddefendu l-kawza tieghu, naqdu sewwa d-doveri ta’ l-istat ta’ hajja li nkunu qeghdin nghixu u nimitawh anke b’sagrificcju personali taghna.

Make a free website with Yola