jesusandmary

 

 

IL-KOBOR TA’ GESU EWKARISTIJA

 Taghraf, Thobb u Tghix l-Ewkaristija

 

Biex taghraf ir-rikezza ta’ l-Ewkaristija, huwa ezercizzju ta’ siwi li wiehed jaqra fuq dan il-misteru.

 

                        Nidhlu fl-iskola ta’ San Pietru Giuliano Eymard li kien appostlu kbir ta’ l-Ewkaristija. Li jressaq lil kulhadd lejn dan is-sagrament ta’ imhabba kienet il-missjoni tieghu. Meta waqqaf il-kongregazzjoni tas-sacerdoti tas-Santissmu Sagrament, huwa offra hajtu ghal din is-saltna Ewkaristika ta’ Gesu’ u kiteb dawn il-kelmiet kollhom hegga: “ Hawn jiena O Gesu’ , hawn hi hajti. Lest li niekol il-gebel, li mmut abbandunat, basta jirnexxili li nibnilek tron, naghtik familja ta’ hbieb, poplu li jadurak.”

 

. “L-Ewkaristija,” jghidlna San Bernard,” hija l-imhabba li tghaddi l-imhabbiet kollha kemm fis-sema kif ukoll fl-art.” U San Tumas jkompli jikteb li l-Ewkaristija hija is-sagrament ta’ l-imhabba, jigifieri imhabba tnissel imhabba.

 

Jinghad li darba emir arbi, Abd-el-Kader, kien fil-kumpanija ta’ ufficjal franciz, it-tnejn mexjin fit-toroq ta’ Marsilja meta iltaqghu ma’ wiehed sacerdot qed igorr il-vjatku ghal wiehed moribond. L-ufficjal franciz waqaf, nehha l-beritta minn rasu u nizel gharkubtejh. Il-mistieden staqsieh ghala kien ghamel hekk. Wiegbu il-franciz: “ Qed nadura lil Alla tieghi li sacerdot qed jiehu lil wiehed moribond.”

 

“Kif temmnu li Alla daqshekk kbir, isir tant zghir u jidhol fid-djar anke tal-fqar? Ahna ghanda idea kbira ta’ Alla.” staqsa l-emir.

 

Wiegbu lura l-ufficjal: “ Intom ghandhom biss idea tal-kobor t’Alla, imma ma taghrfux l-imhabba tieghu.”

 

Kemm ahna l-insara ninsew l-imhabba immensa li Kristu ghandu ghalina fis-sagrament ta’ l-Ewkaristija.!

 

 Min ihobb l-Ewkaristija ma joqghodx lura minnha. Jahseb spiss f’Gesu’. Jixtieq ikun hdejh bhalma kienet tixtieq tkun Santa Gemma Galgani li riedet li hi tkun tinda ta’ imhabbtu, li kienet tixtieq issib imqar rokna fil-pissidi halli jaghmlilha kumpanija.

 

Santa Tereza tal-Bambin Gesu’ marida gravament, kienet titkaxkar lejn il-kappella biex tircievi lil Gesu’. Jum wiehed xi hadd sabha fic-cella taghha minghajr sahha. Wahda mis-sorijiet osservatilha li hija ma ghandix tithabat izzejjed. Il-qaddisa rrisponditha: “ X’jiswew dawn is-sofferenzi hdejn tqarbina wahda. U l-karba taghha li ma setghetx titqarben kuljum (dak iz-zmien ma kienitx permessa) kienet sejha mill-qalb lil Gesu: “Ibqa’ mieghi bhalma inti qieghed fit-tabernaklu, titbieghed qatt minn dik l-ostja zghira.”

 

Meta S. Margerita Marija Alacoque halliet id-dinja biex tikkonsagra lilha infisha lil Alla, ghamlet vot partikulari u kitbet hekk: “ Kollox ghal-Ewkaristija: xejn ghalija.” Meta ma setghetx titqarben, minn fommha kienu johorgu frazijiet ta’ imhabba lejn l-gharus taghha, Gesu’ Kristu: “ Kemm nixtieq li nitqarben.Li kieku kelli nimxi hafja fuq art tan-nar biex nilhqek, kont naghmel dan b’ferh kbir.”

 

Meta Santa Katarina da Siena ma kienitx tista’ tircievi is-sagrament tat-tqarbin, kienet tmur fil-kappella, u thares u tibqa’ b’harsitha fissa lejn it-tabernaklu ... u dan kien ikun bizzejjed ghaliha.

 

Jekk inhossuna debboli u fragli, nirrikorru Lejh u nitolbuh l-ghajnuna tieghu. Ma niddejqu xejn naghmlu dan ghax Hu stess qalilna li “ minghajri intom ma tistghu taghmlu xejn.” U banda ohra wissiena : “ Ejjew intom ta’ qalbkom imtaqqla u jiena nfarragkom.”

 

Nieqfu ftit ghal xi hin quddiem it-tabernaklu u nroddulu l-vizta taghna. F’hafna mill-parroci taghna insibu lil Gesu’ sponut ghal hafna hin jekk mhux kwazi l-jum kollu, qed jistenna ....u jistenna...u jistenna....il-migja taghna quddiemu.

 

Li matul il-jum tohrog minn qalbna xi gjakolatorja spontaneja ta’ tifhir jew xewqa tajba spiritwali biex nikbru f’imhabbitna lejh.

 

Jum wiehed habib ta’ Pier Giorgio Frassati talbu biex imorru jiehdu bibita flimkien. Pier Giorgio hatfu fl-okazzjoni u qallu: “Bil-qalb kollha. Immoru hemm f’dik il-bar, “ filwaqt li wrieh il-knsija ta’ San Duminku. Dahlu fil-knisja u talbu flimmien quddiem it-tabernaklu, imbaghad resqu lejn il-kaxxa ta’ l-elemosina u tefghu xi flus fil-kaxxa tal-fqar. Pier Giorgio qal lil habibu: “Dan hu l-aperittiv.”

 

Il-qaddisin ma kienu jixbghu qatt bid-dehra jew hsieb ta’ l-Ewkaristija. Santa Kolletta stqarret li ghajnejha mlietom bid-dehra ta’ Gesu’ Kristu waqt l-elevazzjoni ta’ l-Ostja fil-quddiesa u ma riedet ebda xbiha ohra tissostitwiha.

 

Make a free website with Yola