jesusandmary

 

 

IL-LUM JEKK TISIMGHU LEHEN IL-MULEJ LA TWEBBSUX QALBKOM

L-Ispirtu Qaddis t’Alla li ahna ircevejna fil-Maghmudija u l-milja tieghu fil-Grizma ta’ l-Isqof, imexxina fit-triq li tiehu ghand Alla. Meta nhallu l-Ispirtu Qaddis t’Alla jiggwidana, naraw il-hwejjeg t’Alla f’dawl iehor. Fejn qabel il-hegga kienet tonqosna, l-Ispirtu Santu jixghel din il-hegga biex nimxu fit-triq tal-Verita’ u l-Hajja. Kapaci jibdilna mill-lejl ghan-nhar bhal ma ghamel ma’ l-Appostli. Mument qabel kienu bezghana mill-kapijiet tal-Lhud, mal-migja ta’ l-Ispirtu Santu intlew b’kuragg u hargu jghallmu lill- poplu.

Alla spiss ikellimna matul il-jum b’xi grajjiet li jsehhu madwarna jew cirkustanzi ohra izda ahna irridu inkunu lesti, widnejna miftuha biex nisimghuh. Jekk ma nisimghuhx, id-difett ikun fina ghax l-aljenazzjoni tal-hajja tfixkilna. Wasal iz-zmien li nwarrbu l-hsejjes mundani u nkunu attenti ghal Ispirtu Qaddis. Sorprizi sbieh ikunu qed jistennewna.

Bhal migemgha li kienet quddiem Pietru tisimghu jippredka fil-Pentecoste fuq l-ghemejjel kbar t’Alla, nghidu, “X’ghandna naghmlu biex insalvaw ruhna?”

Inhallu l-Ispirtu Qaddis t’Alla jwegibna, “Indmu u ghamlu ghemejjel tajba.”

Hemm il-htiega li naghmlu bhalma ghamlu l-appostli fil-Pentecoste – u naghmluh issa. Issa huwa l-mument taghna. Naccettaw u nircievu l-Ispirtu li kien maghna sa mill-bidu tat-twelid taghna.

Tajjeb nifmuha li:

1. L-Ispirtu Qaddis t’Alla ma jahdimx awtomatikament, izda biss bil-kolloaborazzjoni taghna.

2. Is-salvazzjoni ta‘ ruhna ssehh meta nindmu mill-hazen taghna u nsahhu l-hajja tar-ruh b’opri tajba.

3. Dak li nistghu maghmlu issa ma nhallux ghal ghada. Ghada mhux taghna. Il-prezent biss hu taghna.

Make a free website with Yola