jesusandmary

 

 

GESU' JIDHER LID-DIXXIPLI TIEGHU U JWIEGHED IL-MAHFRA
 
[Ġw:20:19] Dak in-nhar fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f'nofshom; u qalilhom: "Is-sliem għalikom!" [Ġw:20:20] Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. [Ġw:20:21] Mbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: "Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom." [Ġw:20:22] Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: "Ħudu l-Ispirtu  s-Santu. [Ġw:20:23] Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma."
Il-Papa Gwann Pawlu II ried li  l-Hadd fuq l-ottava ta’ l-Ghid, jibda jissejjah il-Hadd tal-Hniena Divina u kien ghalhekk li huwa waqqaf il-Festa maghrufa bhala l-Festa tal-Hniena Divina.
 
Il-Hniena Divina timmanifesta l-imhabba tal-Missier lejn il-bniedem li l-istorja tieghu hija feruta bid-dnub. “Alla tant habb lid-dinja li tana lil Iben unigenitu tieghu biex imut ghalina u jsalvana” (Gv 3 vers 16).
 
 Biex jifdi lil iskjav huwa jissagrifika lil Ibnu stess. Bil-qawmien tieghu mill-mewt Kristu huwa sors ta’ salvazzjoni ghal dawk li jemmnu fih. Bil-fidi u l-konversjoni ahna nircievu t-tezori tal-Hniena Tieghu.
 
Naghmlu uzu mit-tezori tal-hniena divina tieghu billi nippartecipaw fit-tqarbin, jekk jista’ jkun ta’ kuljum u nersqu lejn is-sagrament tal-qrar biex nakkwistaw il-mahfra ta’ dnubietna bis-sahha ta’ Kristu Rxoxt. “Dak kollu li intom tahfru ikun mahfur fis-sema.”

Make a free website with Yola