jesusandmary

 

IL-MISSJONI GHAT-TEZOR MISRUQ.

Fl-istorja The Hobbit, in-nani nghaqdu flimkien biex johduha kontra Smaug, id-dragun feroci, halli jiehdu lura t-tezor li nsterqilhom. Minkejja li l-isforz taghhom kien wiehed perikoluz, Balin, l-assistent kap tan-nani jinstema jghid li kellu tama f’Thorin: “Hemm wiehed biss li jiena nista’ nimxi warajh.  Hemm wiehed biss li jiena nista’ insejjahlu re.” Li jinghata b’ruhu u gismu ghal din il-missjoni hekk perikoluza kien imsahhah mill-fatt li kellu kunfidenza u fidi kbira fil-mexxej tieghu.
 
Fil-bidu tal-missjoni tieghu, Gesu’ gabar mieghu grupp ta’ nies, sajjieda li kellhom jghinuh biex isalva t-tezor ta’ erwieh mitlufa, mill-ghadu tieghu, Satana. Meta sejhilhom stedinhom biex jimxu warajh. Ghalihom li jimxu wara Gesu’ kienet tfisser missjoni ta’ sajd differenti minn kif kienu jafu, minn dak il-hin ‘l quddiem kellhom jaqbdu nisa u rgiel li kienu  taht is-setgha tad-dnub.
 
Ix-xoghol ma kienx wiehed hafif; Gesu’ avzahom minn qabel li kull wiehed jaqbad salibu u jimxi warajh. Kif ser nghinu lil Gesu’ fil-gwerra biex nirbhulhu lura t-tezori misruqa ta’ erwieh meta jidher li kollox hu kontra taghna?  Billi nharsu u nzommu ghajnejna miftuha u dritti fuq il-mexxej taghna. Huwa sultan u gwida li nistghu nafdawh u nimxu warajh.
 
MHUX INTI GHAZILT LIL KRISTU IZDA HU KRISTU LI GHAZLEK U GHAZLEK BIEX TMUR U TAGHMEL IL-FROTT.

 

Make a free website with Yola