jesusandmary

 

 

L-URUGANI TAL-HAJJA


Forsi f'hajjitna qatt ma garrabna il-vjolenza terribli tan-natura li tirrisulta minn urugan, li f'tebqa t'ghajn tiknes dak kollu li hu ghaziz ghalik.

Fil-hajja hemm tant urugani. L-affarijiet ikunu jidhru li sejrin tajjeb, kollox jidher li ghaddej trankwill u f'daqqa wahda minghajr ma taf minn fejn jisbroffa urugan madwarek. Falliment finanzjarju, risultat mediku li jahsdek, zball tragiku fis-sewqan, imhabba li intilfet mar-rih. F'daqqa wahda kollox jidher li sparixxa fix-xejn, qisu qatt ma kien.

Hemm bosta hwejjeg li ahna ma nistghux u anqas jirnexxilna nikkontrollaw. Allura l-ilmijiet jittraxxinawna maghhom, jizbarrazzaw it-triqat taghna ta' sigurezza, jgharqu lilna u l-holm taghna. Ma hiex kustjoni liema hu l-urugan li ser jolqotna izda hu kustjoni ta' meta ser jolqotna. Li jfisser li inti u jiena hemm bzonn li jkollna certezza mija fil mija li nehilsuha minn dawn l-urugani tal-hajja. Din ic-certezza tezisti u hija Gesu'. Hu biss li jista' jaccertana minn din haga.

Kif jghid tajjeb San Pawl fl-ittra lir-Rumani: "Jekk Alla hu maghna min jista jkun kontra taghna. Huwa li ma helisix lil Ibnu izda tah lilna lkoll ma jaghtiniex ukoll kull haga ohra mieghu.?... Min ser jifridna mill-imhabba ta'Kristu? It-tahbit, id-dwejjaq il-persekuzzjoni, il-guh, l-ghera, it-tigrib, ix-xabla? ..... Imma f'dan kollu ahna aktar minn rebbieha bis-sahha ta' dak li habbna. Ghax jiena zgur la l-mewt u la l-hajja la l-angli u la l-qawwiet la z-zmien ta issa u la ta li gej, la s-setghat, la l-gholi u l-anqas il-fond u ebda hliqa ohra ma jistghu qatt jifirduna mill-imhabba t'Alla li dehret fi Kristu Gesu' Sidna." (Rum Kap 8 versi 31 -39)

Make a free website with Yola