jesusandmary

MA HEMMX GHAZZ FIL-GHALQA TAL-MULEJ.


Kapitlu 8 ta’ l-Atti ta’ l-Appostli jurina l-persekuzzjoni ta’ Sawl kontra l-insara.  L-insara ta’ l-ewwel zminijiet diga ghandhom tfixkil kbir. Ghal min haseb li ser jeqred l-opra ta’ Kristu kien sejjer zball. Kristu ma jinqered qatt.  Ninqerdu ahna izda Kristu jibqa jsaltan ghal dejjem.  Kristu l-bierah, il-lum u ghal dejjem.  Mill-hazen Alla jaf johrog gid kbir.  Mit-tbatija li kienu ghaddejjin l-ewwel insara kotru membri ohra.  Dawn biex  jaharbu mill-persekuzzjoni telqu minn djarhom u marru fl-inhawi ta’ madwar.  Minn ghandu l-imhabba t’Alla ma jzommiex ghalih izda jghaddiha lil haddiehor. Xandru l-bxara t-tajba ma’ nies ohra u dawn haddnu wkoll t-twemmin nisrani.

L-appostlu Fillipu gie f’dawn l-inhawi u tahom il-Maghmudija.  Ahna wkoll ircevejna minghajr ebda mertu taghna il-Maghmudija li ghamlitna ulied addottivi t’Alla u werrieta tal-genna.  Pero’ qatt ma nistghu ikollna b’wirt taghna il-genna jekk qabel ma nkunx gibna ruhna bhala xiehda awtentici Tieghu.  Fil-Maghmudija tinzera’ fina l-grazzja t’Alla. Ruhna issir ghamara ta’ l-Ispirtu Santu.  Bhala rigal Alla jaghtina tlett rigali, il-Fidi, it-Tama, u l-Imhabba.  Dawn jikbru biss fina permezz ta’ opri tajba bhalma ma jghallimna San Gakbu, urini l-fidi tieghek mill-opri tieghek. Il-hidma taghna spiritwali trid tkun kontinwa u minghajr waqfien.  Jekk fix-xoghol taghna materjali nhossu l-bzonn li nistriehu u niehdu vakanza fil-hidma taghna spiritwali ma nistghux niehdu waqfien.  Appena naghmlu dan jidhol fix-xena ix-xitan  li kif jghallem San Pietru dejjem idur madwaru biex ifittex lil min jibla’.

Zball kbir ikun  li nippruvaw inzommu lil Alla fil-knisja ghall-Hadd biss filghodu, jew ghal filghaxija.  Nkunu nonqsu jekk lil Alla nfittxuh biss meta nimirdu jew f’xi funerali jew f’nofs ta’ gimgha ta’ malajr. Nintlew bl-Ispirtu Qaddis Tieghu meta ahna nattendu l-quddies jekk jista jkun kuljum, meta ahna naqraw jew nisimghu l-Kelma t’Alla, li kif jghidilna San Pawl hija bhal xabla li taqta’ minn zewg nahat u tibqa’ diehla sal-mudullun ta’ l-ghadam. Il-Kelma t’Alla taghmel konverzjonijiet kbar bhalma ghamlet fl-Ewnuku tar-regina ta’ l-Etjopja. Qara l-Kelma t’Alla u tghammed mill-Appostlu Filippu.. Noffrulu, wkoll, t-talb taghna ta’ Adorazzjoni. U bi prattici ohra qaddisa nitqaddsu aktar u miz-zejjed li jkollna inkunu nistghu nghadduh lil haddiehor.  Alla li jara l-isforzi u x-xewqat taghna jtina bl-abbundanza l-grazzji tieghu bhalma ma mexa’ man-nies li Filppu ghammed. Laqghu b’ghozza kbira l-fidi nisranija, tghammdu u Pietru l-kap tal-knisja nizel minn Gerusalemm u tahom l-Ispirtu Santu.

FIL-QOSOR:


  Kristu l-bierah, il-lum u ghal-dejjem.
  Alla jaghti bl-abbundanza l-grazzja tieghu lil min jitlobhielu.
  Lil Alla siblu spazju f’hajtek. Tfittxux meta ghandek bzonnu. Anzi qieghud c-centru ta’ hajtek.
 

Make a free website with Yola