jesusandmary

MID-DJARJU TA' SWOR FAWSTINA. (1)

 IS-SIEGHA TAL-HNIENA BLA QIES.

 Is-Sinjur Gesu’ talab lil Swor Fawstina li tiftakar fil-mewt Tieghu fuq is-salib u timmedita fuq il-Passjoni tieghu fit-tlieta ta’ wara nofs in-nhar.

 1320 “Fit-Tlieta ta’ wara nofs in-nhar itlob lil Hniena Tieghi ghal midimbin; u anki jekk ghall-mument qasir erfa’ hsibijietek fil-Passjoni tieghi, partikolarment fl-abbanduna tieghi waqt l-agunija. Din hija s-siegha tal-Hniena Kbira ghad-dinja kollha. Inhallik tifhem mill-liema dieqa ghaddejt. F’din is-siegha Jiena ma nirrifjuta ebda haga lil dik ir-ruh li titlobni xi haga ghall-merti tal-Passjoni tieghi.”

 1572 “Infakkrek Binti li kull darba li tisma’ l-arlogg idoqq it-tlieta, ahseb fil-Hniena tieghi, aduraha u igglorifikaha. Itlob ghad-dinja kollha permezz tal-qawwa taghha u partikolarment ghall-midimbin. Ghaliex dak il-hin il-Hniena tieghi kienet miftuha berah ghal kull ruh……. Binti aghmel li tista biex titlob permezz tal-Via Sagra f’din is-siegha, jekk dmirijiet jippermettulek, u jekk ma tkunx tista taghmel il-Via Sagra ghal inqas ghamel dahla qasira fil-kappella u ghall-mument adura l-Qalb tieghi kollha Mhabba fis-Sagrament ta’ l-Ewkaristija u jekk anqas ma tkun tista taghmel ingabar f’talba fejn tkun anke jekk ghal hin qasir. Jiena nitlob qima ghall-Hniena tieghi minn kull kreatura.”

  Pagna 234

 Issalva midneb fil-punt tal-mewt tieghu permezz tal-Kurunella tal-Hniena Divina.

 " Wara dan, Gesu’ talab lil Swor Fawstina, “Binti ghini nsalvah.”

Hija tikteb dak li ghadda minn ghaliha. Meta bdejt nghid il-kurunella, ilmaht ir-ragel qed imut fost turmenti tal-biza. L-anglu Kustodju tieghu kien qed jiddefendih, imma hu kien, bhallikieku, bla sahha, kontra il-hazen ta’ dnubietu. Numru kbir ta’ xjaten kienu lesti biex jiehdu dik ir-ruh. Imma waqt li kont qed nghid il-kurunella rajt lil Gesu’ precizament kif kien fix-xbieha. Mill-Qalb ta’ Gesu’ hargu raggi li ghattew li marid aggonizanti u il-qawwiet tad-dlamijiet thawdu u ghebu. Il-bniedem aggonizanti ha l-ahhar nifs tieghu fil-paci. Meta gejt f’tieghi fhimt kemm hija mportanti li nghidu l-kurunella ghal dawk li jkun qed imutu. Ittafi wisq il-korla ta'’Alla.” (1565)

(Wilno, 28.VII.1934 L-Ewwel Pagna Alla u l-Erwieh. )

Tkun meqjuma s-Santissima Trinita’ issa u f’kull zmien. Tkun meqjuma fl-opri kollha taghha u fil-kreaturi kollha taghha. Tkun ammirata u mghollija il-kobor tal-Hniena Divina Tieghek O Alla. Jehtieg li niehu noti tal-laqghat tar-ruhi tieghi, Mieghek O Alla, f’mumenti partikolari taz-zjajjar tieghek. Jehtieg li nikteb fuqek, O Esseri li hadd ma jista’ jifhmu fil-Hniena lejn ir-ruh misera tieghi.

Ir-rieda mqaddsa tieghek hija l-hajja tar-ruh tieghi. Jiena hadt dan l-amar minn min qed flokok, O Alla, hawn fuq l-art u urieni l-volonta’ mqaddsa tieghek.

Ara Gesu’ kemm hija haga tqila ghalija li nikteb u ma nafx niddeskrivi car dak li jiena nhoss f’qalbi ghalik. O Alla forsi l-pinna tista tiktebdawk il-hwejjeg li ghalihom ma jezistu anqas kliem? Imma O Alla, ordnali li nikteb u dan hu bizzejjed ghalija.

Make a free website with Yola