jesusandmary

MIN HU TA’ KRISTU JGHINHU FL-APPOSTOLAT.


F’Lulju tas-sena 1860 l-ewwel skola ta’ l-infermiera fethet gewwa St Thomas Hospital gewwa Londra. Illum dik l-iskola hija parti minn King’s College fejn l-istudenti nfermiera huma msejha Nightingales. L-iskola kienet imwaqqfa minn Florence Nightingale li qalbet ta’ taht fuq il-professjoni ta’ l-Infermerija matul il-gwerra tal-Krimea.  Meta l-istudenti prospettivi jtemmu l-kors taghhom tat-tahrig huma jaghmlu l-weghda imsejha Nightingale, li jaqdu d-doveri taghhom ta’ infermiera bi skrupolozita’ u b’attenzjoni l-aktar kbira ghall-gid tal-pazjent.

 Hafna nies, bhal Florence Nightingale, hallew il-marka taghhom fuq id-dinja.  Imma hadd ma halla l-marka tieghu hekk kbira u effettiva daqs Kristu li bit-Twelid, Mewt u l-Qawmien tieghu mill-imwiet ittrasforma daqshekk hajjiet ta’ tant nies ghal dawn l-ahhar 2000 sena.

Madwar id-dinja, l-isem ta’ Kristu jimmarka lil dawk li huma segwaci ta’ Tieghu. Hekk jixhdulna l-Atti ta’ l-Appostli : Mbagħad hu (Barnaba) telaq lejn Tarsu jfittex lil Sawl, [Atti:11:26] u, meta sabu, ħadu Antjokja. Għaddew sena sħiħa flimkien fil-knisja, u għallmu kotra kbira ta' nies. Kien f'Antjokja li d-dixxipli għall-ewwel darba sejjħulhom 'Kristjani'.

Dawk li jgibu isem Kristu jiddentifikaw ruhhom mieghu ghaliex jimbidlu  b’imhabbtu u l-grazzja tieghu. Ahna naghtu xiehda lid-dinja kollha li Hu ghamel differenza kbira f’hajjitna u li dak li ahna ghandna f’qalbna nixtiequ nghadduh lil ohrajn.

Dawk li huma ta’ Kristu, jimxu u jxandruh ma’ kulhadd.

Make a free website with Yola