jesusandmary

 INRODDU HAJR DEJJEM LILL-MULEJ


 

“Ma instab hadd li jaghti hajr lill-Alla hlief dan il-barrani.” Gesu’ Kristu lil dawk ta’ madwaru meta s-Samaritan rega’ lura jirringrajjah talli fejqu mill-marda tal-gdiem.

Hafna huma t-tobba li jahdmu bla heda u jaghdru l-bniedem li jbati bil-mard. Kemm-il darba kienu huma li taffewli l-ugigh tal-mard u ta dan jiena grat ghaliex bl-esperjenza taghhom jirnexxilhom jaghrfu l-marda u jaghtu l-medicina addatata, igibu f’posthom l-ghadam imkisser, ihitu l-feriti u l-bqija.  Imma dan ma jfissirx li jiena nqieghed il-fidi tieghi fit-tobba aktar milli nqieghda f’Alla.

Alla ried li l-bnedmin ikunu dawk li jharsu u jiehdu hsieb il-holqien tieghu u t-tobba huma fost dawn il-kuraturi.

It-tobba jistudjaw ix-xjenza medika u jitghallmu kemm Alla halaq il-gisem tal-bniedem hekk sabih u ta’ meravilja kif jahdem. Imbaghad juzaw dak li tghallmu biex jghinu lill-batut jerga’ jsib sahhtu jew inaqqsulu t-tbatijiet.

Tghallmu li l-gisem tal-bniedem mahluq minn Alla ghandu l-kapacita’ li jfieq u huma svillupaw terapiji u medicini biex lill-bniedem jikkurawh u jaghtuh lura sahhtu.

Ghaldaqstant inkunu grati lejn ix-xenzja u tobba , imma qabel kollox ir-ringrazzjamenti taghna jmorru ghand Alla li halaqna b’imhuh li jistghu jiskopru kif il-gisem taghna jahdem u xi bzonnijiet jehtieg biex igawdi s-sahha. Kull fejqan bis-sahha ta’ Alla li jinqeda’ bil-bniedem ghall-ghanijiet tieghu.

META TARA TANT BENEFICCJI U GID MADWAREK, OFFRI R-RINGRAZZJAMENTI TIEGHEK LIL ALLA, SID TA’ KOLLOX U TA’ KULLHADD.


Make a free website with Yola