jesusandmary

 

 IL-PARABBOLA TAZ-ZEWGT ULIED

 L-EVANĠELJU Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew. Mt 21, 28-32

 F’DAK IŻ-ŻMIEN: Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Intom x’jidhrilkom? Wieħed raġel kellu żewġ ulied; resaq fuq il-kbir u qallu, ‘Ibni, llum mur aħdem il-għalqa tad-dwieli.’ Dak qallu, ‘Ma rridx.’ Iżda mbagħad biddel il-fehma u mar. Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess. ‘Arani sejjer, sinjur’, wieġbu dan; u ma mar xejn. Min minnhom it-tnejn għamel ir-rieda tal-missier?” “Ta’ l-ewwel,” weġbuh. “Tassew, ngħidilkom,” qalilhom Ġesù, “illi l-publikani u n-nisa tat-triq jaslu qabilkom fis-saltna ta’ Alla. Għax Ġwanni ġie lejkom fit-triq tal-ġustizzja, u intom ma emmintuhx. Il-publikani u n-nisa tat-triq emmnuh; iżda intom, għad li rajtuhom, bqajtu sa l-aħħar ma biddiltux fehmitkom biex temmnuh.”

Niltaqghu ma’ hafna nies li jzommu kelmitkom u biex jaghmlu hekk lesti li jghaddu minn gon-nar, imma hemm ohrajn li l-kelma taghhom ma tiswa xejn, ghax jghidu haga u jaghmlu ohra. U fi zminijietna n-numru taghhom qed jizdied. L-esperjenza tghallimna li nhossuna fic-cert meta naghmluha ma’ l-ewwel klassi ta’ nies ghaliex huma jagixxu b’mod responsabbli. Nistghu nghidu li Alla jserrah mohhu minna u mill-impemm taghna ghalih? Jew l-impenn taghna, il-fidi taghna hija sempliciment kliem li ma jiswa ghal xejn? Mill-frott taghhom intom tgharfuhom, jghallimna Kristu. Dan jgħid il-Mulej: Intom għidtu: Mhix sewwa l-imġiba tal-Mulej! Issa isimgħu, dar Iżrael: Forsi l-imġiba tiegħi mhix sewwa? Mhux l-imġiba tagħkom li mhix sewwa? Jekk wieħed ġust jitbiegħed mill-ġustizzja tiegħu u jagħmel il-ħażen u jmut minħabba fih, minħabba fi ħżunitu jkun miet. Imma jekk il-midneb jerġa’ lura mid-dnub u jagħmel is-sewwa u l-ġustizzja, hu jsalva ruħu, għax ikun intebaħ u reġa’ lura mid-dnubiet kollha li jkun għamel, u jibqa’ ħaj u ma jmutx.

 Il-profeta Ezekjel jishaq hafna fuq ir-responsabilta’ ta’ l-imgieba ta’ kull wiehed. L-esperjenza tal-poplu ta’ Izrael ghallmitu li huma kienu kommunita’, il-poplu maghzul t’Alla u kienu solidali ma’ xulxin fic-cirkustanzi tal-hajja taghhom. Meta kienu jsalvaw kienu jsalvaw bhala nazzjon u meta kienu jigu kkastigati kienu jsofru l-kastig ilkoll flimkien ghax kienu jidimbu bhala komunita’.

Imma l-profeta irid juri wkoll li ahna responsabbli ta’ ghemilna u l-konsegwenzi tieghu bhala individwi . It-tieni punt li jenfasizza l-profeta hu dan: kif ahna qeghdin nghixu presentement il-hajja taghna quddiem Alla li jghodd u mhux li dak li konna. Li ahna niffurmaw parti mill-poplu t’Alla mhux garanzija tas-salvazzjoni taghna. Minkejja li ahna mghammda u membri tal-knisja ta’ Kristu, jekk ahna fid-dnub ahna ninsabu kkundanati. Ghal kuntrarju jekk il-passat kien imharbat, u issa nhossuna niedma mill- waqghat taghna fid-dnub, Alla lest li jahfrilna u jilqaghna mill-gdid bhala wliedu.

 Il-problema hi li ahna spiss nghixu b’mod irresponsabbli u ma nahsbux fuq il-gravita ta’ l-imgieba taghna u l-konsegwenzi li jigu wara. Il-vangelu jurina lil Gesu’ jipprova jnehhi l-idea mill-imhuh, li ghax il-Farizej u l-Iskribi tal-Lhud kienu jemmnu li huma l-maghzula t’Alla, Huwa kellu jqatta aktar hin maghhom u jwarrab lill- midimbin, meqjusa minnhom bhala l-iskart tas-socjeta’. Dawn il-Lhud kellhom stima gholja wisq taghhom infushom. U ghalhekk Gesu’ jipprova jikkoregilhom din l-idea zbaljata taghhom permezz tal- parabola taz-zewg ulied biex jipproklama li s-saltna t’Alla hija ukoll miftuha ghall-midimbin li jridu jikkonvertu.

“Tassew, ngħidilkom,” qalilhom Ġesù, “illi l-publikani u n-nisa tat-triq jaslu qabilkom fis-saltna ta’ Alla.” Is-saltna t’Alla tikber jew tickien skond il-valuri tal-fidi li wiehed jghix. Hafna huma l-insara li jixbhu lil dak l-iben li qal lil missieru sejjer u ma mar xejn. Mohhom mistrieh li isimhom miktub fil-ktieb tal-haruf ghax jaghtu donazzjonijiet kbar ghall-karita', jew isimhom imnizzel fuq xi monument, jew ghandhom xi relazzjoni ta’ hbiberija mill-qrib ma’ xi ufficjali gholjin fil-knisja, jew jifformaw parti minn grupp ta’ talb u allura jippretendu li s-salvazzjoni ghalihom hi bi dritt.

Hemm ohrajn imbaghad li jixbhu lil dak l-iben li qal lil missieru ma rridx immur izda wara rega’ bdielu u mar. Ghalkemm mhux xi iben mudell imma huwa ahjar minn ta’ qablu. Hu tixbieha tal- midimbin li marru jisimghu lil Battista jippriedka u kkonvertew. Jirrapresenta lin-nies ta’ zmiena li meta jindunaw li ma hemmx paci ghal min hu mbieghed minn Alla, jindmu u jergghu lura fil-merhla ta’ Kristu.

Ezempju car ta’ dan l-iben hu Santu Wistin li kien bniedem xellerat ghall-mod kif kien jghix. Il-vangelu kien iqisu bhala ktieb ghal imhuh semplici u kien ifittex il-verita’ bnadi ohra. Izda meta kellu tnejn u tletin sena, ra d-dawl veru u kkonverta u lil Mulej kien jghidlu: Kemm gharaftek tard O Mulej.

Mhux il-passat li jghodd izda kif qed nghixu l-fidi taghna fil-mument fid-djar taghna, fil-gruppi taghna, fil-komunitajiet taghna, fuq il-postijiet tax-xoghol taghna, fis-socjeta’ taghna u fid-dinja taghna. Din l-istorja tipproponilna biex nistudjaw lilna nfusna halli naraw kif nahsubha, kif nagixxu u kif nghixu: kultant nilbsu l-maskra biex nuru dak  li fil-verita’ ma ahniex, biex nghogbu lid-dinja u ninsew lil Alla.

Kif trid tkun il-hajja taghna biex nkunu xiehda awtentici tal-Kelma t’Alla? Trid tkun leali ghar-rieda t’Alla. Hafna drabi nkunu qeghdin nghixu fil-holm u allura ma nindunawx bl-izbalji taghna. Irridu nqumu fuq taghna u ma nintelqux. Inkissru l-katina ta’ l-ghazz fil-hwejjeg t’Alla. Hafna drabi, anzi dejjem insibu hin ghall-htigiet materjali taghna, ghall-mistrieh taghna izda lil Alla noffrulu biss skuzi. Insib hin ghall-quddiem it-TV, hin ghall-loghob, izda lil Alla nghidlu biex jiskuzani ghax ma ghandiex hin biex nisma’ quddiesa jew nghid xi talb iehor, ghax il-lum thabatt hafna u ninsab ghajjien.

Il-fidi jehtieg li nuruha bil-fatti u kultant irridu naghmlu s-sagrificcju biex ma nhalluhiex mitluqa jew kwazi mitfija. Qatt ma ghandna niefqu fil-mixja taghna lejn Alla. Certament ikun hemm mumenti li nhossuna ghajjenin u irrdu nintelqu, izda bhal Pietru nghajtu lil Mghallem taghna u nghidulu:”Mulej salvana, ghax ser ngherqu.” Pero’ sostnuti bit-talb u l-grazzja t’Alla nipperseveraw sa l-ahhar. “Imberkin dawk li jipperseveraw sa l-ahhar,” jghid il-Mulej Gesu’. In-nies ta’ klassi ta’ zmien Gesu’ qatt ma raw ghajn b’ghajn mieghu. Kienu l-Farizej u l-kittieba pronti biex jaraw it-tibna f’ghajn huhom milli jaraw it-travu li kien f’ghajnejnhom. Kienu jimxu warajh biex jaraw jaqbduhx f’xi zball u jittimbrawh bhala imbroljun. Ma kienux jissaportu li Gesu’ joqghod bilqieghda fuq il-mejda ma’ Mattew, li kien mizmun bhala publikan, midneb kbir, wiehed li ma kienx jimpurtah minn Alla u anqas mill-bniedem. Ma kienux kapaci jrazznu l-qilla taghhom meta raw il-Madalena, maghrufa bhala l-midimba tal-belt, f’riglejn Gesu’ f’nofs festa sabiha moghtija minn Xmun l-imgiddem fid-dar tieghu qalb nies ta’ klassi, ixxarrablu riglejh bid-dmugh taghha, bhallikieku bahar ta’ imhabba biex thassar il-hajja hazina ta’ l-imghoddi, u tixxutahomlu b’xagharha; dan rawh skandlu.

U Gesu’ tahom twegiba: “ Lilha nhafrilha hafna ghax habbet hafna.” Hu l-istil ta’ Gesu’: il-bierah, il-lum u ghal li gej, dejjem. U joqghod ferm addatat dan il-kliem ta’ Gesu’ ghalina, li nhossuna superjuri ghal ohrajn, meta fil-fatt anqas nafu fejn hi l-ghalqa tal-Mulej, u aktar aghar, ma nikkoreggu ruhna qatt. Nixbhu lil ewwel iben li jghid lil Missieru “Immur..” imma l-ghalqa fejn immorru ma ghandha x’taqsam xejn ma’ dik tal-Mulej. Hija l-ghalqa tat-telfien, l-ghalqa fejn hija ikkalpestata il-kelma tal-Mulej u kull sens ta’ gustizzja. Imma rridu wkoll insemmghu hafna kazijiet ta’ persuni li jixbhu t-tieni iben. Nies li hallew warajhom il-hajja hazina wara li l-ispirtu qaddis t’Alla wettaq fihom bidla kbira. Tirrakonta wahda prostituta konverita li biex taghmel il-flus tat lilha nfisha ghal prostituzjoni fid-djar ta’ lussu. “ Pero’ ghal xi zmien. Darba dhalt fi knisja zghira. Hassejtni qisni ser immut, nara dawk in-nies kollha fid-dar t’Alla, jharsu lejja qisni xi haga ta’ skart fi gnien. Harsti mimlija dmugh waqghet fuq il-kurcifiss u hassejtni li dirajgh infethu ghalija biex ihaddnuni mieghu. U hekk kien.” Il-mara accettat l-istedina tal-Mulej ghall-konversjoni u issa thossha qisha twieldet mill-gdid, mimlija paci u ferh. Mhux biss imma ghaddiet il-messagg taghha ta’ konverzjoni lin-nisa bhala. Xi uhud fehmu, ohrajn le izda dawk id-diraghajn miftuha ghalihom ghandhom jistennew. Bhal din il-mara fit-toroq taghna hawn hafna li xi uhud jabbuzaw minnhom u jbaxxulhom id-dinjta’ taghhom ta’ mara ghal ftit flus bhalma Guda abbuza u biegh lil Kristu ghal ftit flus. Bhan-nisa tat-triq ahna mimlija difetti u zbalji.

 Ma hemmx bzonn li nilbsu l-maskra biex nidhru dak li ma’hniex. Gesu’ jaccettana kif ahna basta naghmlu sforz biex nimbidlu. Kemm jezistu nsara li waqt li jqisu lilhom infushom nies tajba u qaddisa, jwarrbu lil ohrajn u ma jezaminawx lilhom infushom jekk hux qeghdin jaqdu r-rieda t’Alla. Jixbhu lil dawk li ghalihom Gesu’ qal :" Mhux kull min jghidli Mulej, Mulej jidhol fis-saltna tas-smewwiet izda min jaghmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet, dan jidhol fis-saltna tas-smewwiet.” Waqt li jahsbu li huma tajbin ikun jonqoshom dik l-umilta’ biex jimxu fit-triq tal-penitenza. Jalla l-iva taghna lil Alla tibqa’ miexja maghna sa ma ruhna thalli lill-gisem taghna.

Make a free website with Yola