jesusandmary

 

 

QALB IEBSA   -  QALB INGRATA

L-EVANGELJU
Qari mill-Evangelju ta' San Mark (6, 1-6)

 F'dak iz-zmien Gesù mar lejn pajjizu u d-dixxipli tieghu marru mieghu.

Meta wasal is-Sibt, dahal jghallem fis-sinagoga, u l-hafna li semghuh bdew jistaghgbu u jghidu: «Mnejn kisbu dan kollu? U x'inhu dan l-gherf li nghatalu biex sahansitra qeghdin isiru dawn l-ghegubijiet kbar b'idejh? Dan mhuwiex il-mastrudaxxa bin Marija u hu Gakbu u Gozè u Guda u Xmun? U hutu l-bniet mhumiex hawn maghna?» U huma skandalizzaw ruhhom minhabba fih.

Qalilhom Gesù: «Ebda profeta ma hu bla gieh jekk mhux f'pajjizu u fost qrabatu u f'daru stess.» U hemmhekk ma sata' jaghmel ebda miraklu, hlief li qieghed idejh fuq ftit morda u fejjaqhom; u baqa' mistaghgeb bin-nuqqas ta' fidi taghhom. U mar idur l-irhula ta' dawk l-inhawi jghallem
.

L-istorja tal-poplu ta' Izrael hija kapitlu ta' dieqa ghaliex turi li ghalkemm Alla kien Missier hanin il-poplu lhudi hadha kontra Alla, minkejja li dan kien jara prodigiji kbar mill-Hallieq tieghu. Kienu mahqurin mill-Egizzjani u Alla ndahal ghalihom u tahom il-helsien....waqqfu l-ghamara taghhom go Kannan u malajr insew lil Alla..... izda Alla baghatilhom lill Imhallfin biex jilliberawhom mill-ghedewwa taghhom.....Riedu monarkija u slaten u Alla qatalhom xewqithom u hekk kif bdew igawdu l-prosperita' telqu lil Alla.

Minkejja dawn l-offizi kollha, Alla ma abbandunhomx u henn ghalihom billi baghtilhom profeti biex juruhom l-izball. Izda xi uhud baqghu rashom iebsa u ma tawx kaz ta' din il-hniena tieghu. Hafna u hafna nsara jixbhu lil dawn in-nies ghaliex ma jridux jafu bil-hniena t'Alla. Dawn huma l-boloh li qed ihejju t-telfien taghhom infushom. Alla jurihom l-izbalji taghhom meta bit-taghlim tal-knisja jdawlilhom mohhom imma huma jibqghu stinati. Nilqghu l-grazzja t'Alla qabel ikun tard wisq. Id-decizzjoni f'idejna.

Ftit huma dawk li xi darba jew ohra ma kkritikawx l-agir t'Alla maghna l-bnedmin. Hafna drabi naraw hwejjeg jigru quddiemna li jghagluna nistaqsu: Imma Alla kif ma jiehux hsieb lil tieghu wara li dawn ihabirku biex jghixu skond ir-rieda tieghu? Hekk nghidu ahna kif wara li l-missjunarju jitghallem l-uzanzi tal-lokal fejn mar biex ixandar lil Kristu jimrad u jkollu jmur lura lejn pajjizu. Jew dak in-negozjant ezemplari nisrani jibda jitlef mill-profitti tieghu wara li xi hadd ikun dahallu fin-negozju tieghu u jibda jtellfu.

Dak li sehh gewwa Nazaret, il-post fejn ghex Kristu tfulitu u zoghzitu qabel hareg ghall-missjoni pubblika tieghu kien stampa cara ta' l-attitudni li kienu ser jiehdu aktar tard l-Iskribi u l-Farizej fuq it-talba ta' Kristu li hu kien il-Messija. Anzi waslu biex fil-ghira taghhom jaghtu l-mewt lil Gesu'. Kien jehtieg li Kristu jmut ghall-bniedem biex dan jghix ma' Alla ghal dejjem. Il-mewt ta' Kristu segwita bil-qawmien tieghu mill-imwiet kienet ic-cavetta li fethet il-bieb ta' l-eternita' ghall-bniedem.

Niesu li kienu joqghodu gewwa Nazaret ma kienux ghadhom raw mirakli izda semghu bil-kobor tieghu u t-taghlim tieghu. Wiehed kien jistenna allura li jhossuhom kburin li wiehed minn nieshom kellu daqshekk stima minn huthom lhud ohra. Madankollu huma ghalqu ghajnejhom ghall-verita' u daru kontra tieghu minhabba l-ghira li tnisslet go qalbhom. Ma setghux innizluha kif Alla seta' jaghzel bin mastrudaxxa biex ikun il-Messija.

Hekk l-istess gara fil-kaz tal-Farizej. L-istess vizzijiet tal-ghira u s-suppervja dallmulhom l-intellet taghhom u impedewhom li jaraw il-verita' . Huma kienu l-mexxejja tal-poplu Lhudi u bhala mexxejja minghandhom dehrilhom li l-Messija kellu jigi minnhom u bl-approvazzjoni taghhom. Ghalihom Gesu' kien impostur. Mhux biss Kristu ma kienx qed ihares il-ligi taghhom b'mod strett, izda kien qed jaghmilha mal-midimbin u dawk li jigbru t-taxxi. Barra minn hekk il-Messija kien qed jitkellem minn renju li qieghed fil-boghod u fil-gholi u mhux minn saltna ta' din id-dinja li kien jehtieg li hu jistabbilixxi. Quddiemhom sehhew hafna mirakli li ghalkemm rawhom ma riedux jammettuhom. U kien ghalkhekk li l-ghira ghamlithom ghomja u ma jirragunawx. U haga wahda kien tissodisfa lill-ghira taghhom: il-mewt lil Kristu, dak il-bniedem innocenti li ma ghamilx hlief gid fost il-bnedmin.

Imma l-mewt ta' Kristu ma qerditx is-saltna li huwa gie biex iwaqqaf. Hija saltna li ghadha mwaqqfa sal-lum u tibqa' hekk sa l-ahhar tad-dinja. Fiha hemm membri li jhossuhom kburin li ghandhom bhala mexxejj taghhom lil Kristu Gesu'. Madankollu bhal ma gara fi zmien Kristu hekk jigri fi zmiena. Xi uhud li cahdu li Kristu jew li ma jridux lil Kristu jsaltan fuqhom jaghmlu gwerra kontinwa biex Kristu ma jsaltanx fi qlub dawk li jixtiequ u jridu li Kristu ikun il-gwida taghhom. Biss tajjeb li niftakru li ghalkemm hemm glieda kontiwa ghaddejja kontra l-fidili ta' Kristu, finalment ir-rebha tkun tieghu ghaliex hu stess wieghed li hu ser jibqa' mal-knisja tieghu sa l-ahhar tad-dinja u l-bibien ta' l-infern ma jistghux ghaliha.

 

Make a free website with Yola