jesusandmary

 IT-TRASFIGURAZZJONI

L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju ta’ San Mark.
Mk 9, 2-10

F’dak iż-żmien: Ġesù ħa miegħu ’l Pietru u ’l Ġakbu u ’l Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Ilbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. U dehrilhom Elija ma Mosè, it-tnejn jitkellmu ma’ Ġesù.
Qabad Pietru u qal lil Ġesù: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija.” Dan qalu għax ma kienx jaf x’jaqbad jgħid bil-biża’ kbir li waqa’ fuqhom.
Imbagħad ġiet sħaba u għattiethom u minn ġos-sħaba nstema’ leħen jgħid: “Dan hu Ibni l-għażiż: isimgħu lilu.” U minnufih taw ħarsa madwarhom, u ma raw ’il ħadd iżjed ħlief ’il Ġesù magħhom.
Huma u neżlin minn fuq il-muntanja, tahom ordni biex ma jitkellmu ma’ ħadd fuq dak li kienu raw, qabel ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet. Huma żammew kollox moħbi, imma bdew jistaqsu ’l xulxin x’kien ifisser “tqum mill-imwiet”.

Il-pjanijiet t’Alla mhux il-pjanijiet taghna. Huma differenti ghal ahhar. Id-disenji t’Alla ghalina hafna drabi ikunu jippretendu minna fidi kbira. Mose’ kien maghzul minn Alla biex imexxi lil poplu tieghu lejn l-art imwieghda wara li kien hargu mill-iskjavitu’. Wara mixja twila fid-dezert, mixja mimlija imkwiet u tahbit Mose’ miet minghajr ma dahal fl-art imwieghda. Hija difficli ghalina li nifhmu ghala gara dan izda dawk kienu l-pjanijiet t’Alla ghal Mose’. Imma biex Mose’ u l-poplu tieghu jgarrbu dan ix-xokk u l-fidi taghhom Fih ma tispiccax fix-xejn Alla wera l-art imwieghda lil Mose’ mill-muntanja Nebo. Mhux Mose’ kien ser idahhal lil poplu Lhudi fl-art imwieghda izda b’hekk Alla wera li hu kien fidil lejn il-weghdiet tieghu, u fl-istess hin Alla wera wkoll lil poplu li Mose kien il-mexxej maghzul tieghu. Xi haga simili qed tigri fuq il-muntanja tat-Trasfigurazzjoni. Gakbu u Giovanni jimxu wara Gesu’ ghaliex huma jridu setgha specjali meta Kristu jkun fil-glorja tieghu. Pietru ried ikun jaf x’ser jakkwista talli halla kollox u mar wara Kristu. Dawn kienu n-nies li emmnu li Kristu kien l-Messija u li Hu kien ser juri l-qawwa tieghu b’mezzi li wiehed imisshom u jarahom kemm ghalih kif ukoll ghas-segwaci tieghu. Li kieku Kristu ma tahomx dehra ta’ dak li kien qed jistenniehom fl-ahhar tal-vjagg taghom fuq din l-art, ftit mill-ferh u l-glorja tal-genna, kieku huma kienu jithezzu fil-fidi taghhom meta jasal il-waqt li Gesu’ jitwarrab ghal ftit minn nofs mill-ghedewwa tieghu. Hekk kif l-esperjenza fuq il-muntanja Nebo hejjiet lil Mose’ u l-Izraeliti ghal dak li kien gej hekk ukoll l-esperjenza fuq il-muntanja tat-tlett apppostli ippreparathom ghal dak li kien ser jasal fuqhom ftit taz-zmien wara u b’hekk huma ma tilfux il-fidi taghhom f’Gesu’.
Hekk dak li jghidilna Alla – hemm imhabba li ma tintemmx, dejjem stabbli, moghtija minghajr ebda kundizzjoni – relazzjoni li issahhek meta l-hwejjeg ta’ madwarek jghibu fix-xejn.

Hemm imhabba wahda li ssalvani. Il-Kelma t’Alla tghidilna “Xejn ma jifridni mill-imhabba t’Alla, fi Kristu Gesu’, il-Mulej taghna.” Biex tana din l-imhabba Gesu’ miet ghalina fuq is-salib. Issa wasal il-mument li nintelaq f’idejh. Ma noffrilux resistenza lil dak li gie biex isalvani.

Biex jaghtina din l-imhabba Gesu’ miet fuq is-salib ghalik. Issa wasal il-mument li inti tittama minghajr kundizzjoni, u b’ghajnejek maghluqa fih: Tirresistix lil dak li gie biex isalvak.

”Mill-gholi medd idu u hatafni,
harigni minn bahar ta’ ilma,
Mill-ghedewwa b’sahhithom helisni,
mill-ghedewwa li jifilhu aktar minni.” (Salm 18 versi 17-18).

Emmnu – il-hwejjeg li bhalissa inti ghandek mohhok mistrieh minnhom, ikunu bizzejjed ghalihom haga zghira u jghibu minn quddiemek – b’eccezjoni wahda. Il-hajja qatt ma jirnexxilha li jkollha urugani daqshekk qliel li jikinsu minn nofs l-imhabba li Kristu ghandu ghalik.

Make a free website with Yola