jesusandmary

FIK JIENA NAFDA MULEJ.
 

Omm tirrakonta li meta binha beda’ jattendi l-lezzjonijiet biex jitghallem il-lingwa ciniza, baqghet mistghagba bil-karti li kien igib mieghu d-dar.  “Bhala persuna li twelidt l-Ingilterra, u nitkellem bil-lingwa ingliza, kienet difficli ghalija li nifhem kif dawk il-karattri miktuba kienu jirreferu ghall-kliem mitkelma. Il-lingwa ciniza dehret inkredibilment kumplessa ghalija, “ temmet tistqarr din l-omm.
Kultant nhossuna nithawdu u nnisslu sens ta’ konfuzjoni go fina meta nikkunsidraw il-mod kif Alla jahdem. Permezz tal-profeta Isaija, Alla qal: “Il-hsibijiet tieghi ma humiex il-hsibijiet taghkom u triqati ma humiex triqatkom.” ( Isaija Kap 55 vers 8). Minkejja din it-twissija ahna xorta wahda nhossu li kultant irridu nifhmu lil Alla u l-mod ta’ kif jahdem fina u bina. Irridu raguni ghaliex Alla jippermetti li kellna nghaddu minn dik ic-cirkustanza. U dan nippretenduh ghaliex sa fejn nafu ahna nhossu li fina hemm l-Ispirtu Qaddis tieghu u ghax naqraw l-Kelma Tieghu kuljum.

Indahhluha sew f’mohhna li ahna bil-mohh limitat taghna qatt ma nistghu naslu li nifhmu t-toroq ta’ Alla. Inbaxxu rasna u ma’ Kristu nghidu, “ tkun maghmulha r-rieda tieghek Mulej.” Niftakru ukoll li Gob ma ircieva ebda spjega minghand Alla ghal dak kollu li garrab kontra qalbu.  Ipprova jistaqsi ghar-risposta, imma t-twegiba ta’ Alla kienet “Bi ħsiebu jċediha min qabad kawża ma' Alla?” U Gob mrieghex wiegeb: “[Ġob:40:4] "X'nista' nwieġeb jien li ma niswiex karfa?

Ikolli nqiegħed idi fuq ħalqi! Quddiem il-kobor ta’ Alla Gob baxxa rasu.
Ghalkemm it-triqat ta’ Alla huma misterjuzi u hadd ma jista’ jifhimhom, nistghu nserhhu rasna li huma aqwa minn taghna.

Jekk temmen li Alla jregi kollox Hu ghad-disposizzjoni Tieghu, allura afda fih.


Make a free website with Yola