jesusandmary

 

 

MALL-MEWT MA JISPICCAX KOLLOX

 

Jghidilna Ktieb il-Gherf li Alla halaq il-bniedem biex ma jmutx anzi wara din il-hajja jmur igawdih ghal dejjem fil-genna. Jekk wara din il-hajja kollox jispicca u jintemm, allura ahna l-aktar nies povri fid-dinja ghax inkunu batejna ghalxejn. X'jiswa li l-bniedem jimmortifika ruhu, jobdi l-kmandamenti t'Alla, jaqdi u jservi lil Alla u jhobb il-proxxmu tieghu meta jispicca kollox wara l-mewt? Il-hajja naturali, iva tintemm, izda l-mewt tkun il-bidu ta’ hajja eterna.

Ahna sirna werrieta tal-genna ghaliex huna Gesu' Kristu, l-Iben t'Alla fdiena mill-jasar tad-dnub. Kulhadd ghandu d-dritt ghall-genna ghaliex is-salvazzjoni miksuba minn Kristu hija ghal kull bniedem ; jintilfu biss dawk li b'stinazzjoni jibqghu iwebbsu rashom u jghixu fid-dnub. It-triq ghall-genna titlob biss li ahna nkunu fidili lejn ir-rieda t'Alla.

Hu hsieb tal-biza' li ahna nistghu nitilfu dan il-wirt jekk nidhlu f'dak il-lejl li fih hadd ma jista' jahdem u jsibna fid-dnub il-mejjet. Jekk jigri hekk insibu ruhna quddiem il-gudizzju t'Alla fi stat mhux xieraq u hlasna jkun l-kundanna eterna fl-infern. U hija haga li twerwer li tiftakar li din il-kundanna hija ghal dejjem u ma tispicca qatt. Tkun tlift lil Alla li ghalih inti u jien mahluqa biex ingawdu, u tlifnieh ghal dejjem.

Nidhlu dahla fina nfusna u nistaqsu jekk f'dan il-mument ahniex ippreparati biex nidhru quddiem il-Hallieq taghna. Jekk ir-risposta taghna tkun affermattiva, imberkin ahna, inkomplu sejrin hekk; jekk tkun negattiva nahsbu biex naghmlu ndiema u qrara halla nergghu nidhlu fi hbiberija ma' Alla.

Il-Hbiberija ma’ Alla tissarraf f’li nhobbu lil Alla minghajr riservi u l-proxxmu taghna bhalma nfusna.

Pawlu ried li dawk l-insara li kienu ghaddejjin minn zmien ta' faqar titaffilhom it-tbatija u ghalhekk haseb biex il-knejjes l-ohra jaghmlu gabra ghal dan il-ghan. Din il-gabra ghamilha fost l-insara ta' l-Asja minuri u l-Grecja u baghatha lil insara konveriti ta' Gerusalemm. Kien qed ipoggi fil-prattika t-taghlim ta' l-Imghallem Gesu' li kif jghidilna San Pawl stess ftaqar biex mill-faqar tieghu ahna l-bnedmin nistghu nsiru sinjuri. Kristu umilja ruhu, libes in-natura umana... anzi umilja ruhu aktar meta garrab il-mewt tas-salib biex jghollina ghal stat ta' ulied Alla bid-dritt ghall-genna. Din hi imhabba li minna ahna ilkoll gawdejna. U hekk kif ghamel Kristu, ahna ghandna naghmlu wkoll. Nghinu lill-proxxmu taghna fil-bzonn. Min jaghmel hekk ikun qisu qed jghin lil istess Kristu. Fil-jum tal-haqq Kristu fakkarna li ahna ser inkunu iggudikati kif ahna nkunu mxejna mal-proxxmu.

Meta noqghodu ghal xi ezami, ahna ma nkunux nafu precizament x’ser ikunu l-mistoqsijiet fuq il-karta tat-test, izda ghal-ahhar ezami tal-Mulej ana nafu precizament x’ser ikunu dawn il-mistoqsijiet. Tnjen huma u minghajr kumplikazzjonijiet: Jekk habbejtxlil Alla fuq kollox b’qalvek kollha b’ruhek kollha u b’sahhtek kollha. It-tieni jekk habbejtx il-proxxmu tieghek bhalek niffsek.

Inutli f'dak il-jum nghidulu li ahna f'hajjitna hdimna ghall-festa, hadna sehem fl-attivita' tal-parrocca etc etc....jekk qalbna kienet ‘l boghod Minnu. Kollu ghalxejn li nwegbuh li tajna bost flus ghall-karita’ meta lil ghajri ma habbejtux bhali niffsi.

Kliem Alla li jiggudikana jkun: Dak kollu li ma ghamiltux mal-proxxmu taghkom qiskom ma ghamiltux mieghi. Morru minn quddiemi.

Il-vangelu jaghtina zewg provi cari tal-qawwa divina tieghu u fl-istess hin juri il-hniena tieghu ta' salvatur. Ma kien jaghmel ebda miraklu biex in-nies jistghagbu bih izda biex ikun ta' ghajnuna lil min hu fil-bzonn. U kull min ibbenefika mill-ghajnuna ta' Kristu kellu haga wahda komuni : kellhom it-tama u il-fidi fih.

Il-vangelu jaghtina ftit minn dawn il-mirakli li opra Kristu u dan ghamluh biex jippruvaw li Kristu kien l-Iben t'Alla u li kellu qalb li taf thenn ghal min kien qed ibati.

Fi zmien Kristu kien hemm uhud li imxew wara Kristu biex jisimghuh jghallem u ma naqsux ohrajn li baqghu d-dar imdawra bi hsibiethom fil-hwejjeg tad-dinja minkejja li semghu bl-imghallem ta' Nazaret. Id-dinja ma tantx tbiddlet minn zmien Gesu'. Hawn hafna u hafna nsara, jghoddu mal-miljuni, li jinjoraw il-messagg ta' Kristu ghax iqisu li timxi wara Kristu hu hela ta' zmien. Kemm ohrajn huma spiritwalment morda, imma ma ghandhomx il-fidi ta' Zakkew biex iduru lejn Kristu u bl-umilta' jitolbuh jghadirhom u jahfrilhom?

Possibli li jsibuha daqshekk bi tqila biex jghidu lil Kristu bhal ma qallu l-imgiddem: "Mulej jekk trid tista' taghmilni nadif" jew li jaghmlu bhalma ma ghamlet il-mara marida tal-vangelu, tofroq il-follol biex tmiss it-tarf tal-libsa tieghu, u jkissru s-suppervja taghhom u jistqarru quddiem Gesu' li ghandhom bzonn il-medicina tal-fejqan tieghu.?

Il-lum lil Kristu nghidulu grazzi ghall-fidi li tana u nitolbuh li din tibqa' hajja fina. Anqas ma nonqsu li nitolbu ghal hutna mbieghda minn Kristu bid-dnub biex huma wkoll ikissru l-hajt ta' ghazz u l-indifferenza halli mill-gdid isibu l-ghaqda taghhom ma' Kristu, is-Salvatur taghna.

Make a free website with Yola