jesusandmary

 

ABJDA DAQS IS-SILG

Meta jum wiehed kont qed inwassal lura lil ibni mill-iskola, inqbadna fis-silg. Is-silg beda’ niezel qisu qoton mis-sema, u s-sigar inksew bil-bjuda; it-toroq ntlew bis-silg hekk li ghamluha perikoluza li ssuq jekk mhux bil-mod.

Din id-dehra qisha kartolina fakkritni f’verita’ spiritwali: Hekk kif is-silg jiksi kull haga li fuqu jaqa’, hekk ukoll il-grazzja ta’ Alla tiksi d-dnub; anzi biex inkun aktar preciz, il-grazzja ta’ Alla mhux tiksi d-dnub izda thassar id-dnub mir-ruh.

Alla kellem lill-poplu lhudi u qalilhom “[Is:1:18] Ejjew, mela, nirraġunaw flimkien, jgħid il-Mulej, mqar jekk dnubietkom ikunu ħomor bħall-iskarlatt, isiru bojod bħas-silġ; mqar jekk ikunu ħomor bħall-kremżi, isiru bojod bħas-suf.”

Meta Alla ghamel din il-weghda, uliedu kellhom problema tad-dnub. Kien  kemm kien kbir id-dnub ta’ Izrae,l Alla kien lest li jaghtihom l-grazzja tieghu u jahfrilhom dnubiethom.

Ahna wkoll ghandna din l-istess assikurazzjoni. Id-dnub jista’ jtebba lir-ruh taghna, imma meta nindmu u nistqarru htijietna, Alla jaghtina l-mahfra tieghu bil-grazzja li jxerred fir-ruh taghna.

ID-DEMM TA’ KRISTU JNEHHI MINN FUQI T-TOQOL TAD-DNUB.

Make a free website with Yola