jesusandmary

 

 

QARI MILL-VANGELU TA’ SAN GWANN KAP 15 (VERSI 1-8)

Ġesù hu d-dielja vera

[15:1] "Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi.

[15:2] Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar.

[15:3] Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom.

[15:4] Ibqgħu fija, u jiena nibqa' fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija.

[15:5] Jiena d-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa' fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.

[15:6] Jekk wieħed ma jibqax fija, jintrema barra bħal fergħa, u jinxef; mbagħad, friegħi bħal dawn jiġbruhom u jixħtuhom fin-nar u jinħarqu.

[15:7] Jekk tibqgħu fija u kliemi jibqa' fikom, itolbu kull ma tridu, u jingħatalkom.

[15:8] Din hi l-glorja ta' Missieri, li intom tagħmlu ħafna frott u tkunu dixxipli tiegħi.

Is-sigriet ta’ hajja nisranija awtentika, gejja biss mill-ghaqda taghna ma’ Kristu. ‘L boghod minn dan il-principju jezisti biss tahwid u dlamijiet. Jekk ahna qaddejja fidili t’Alla dan gej biss mill-hniena kbira u l-grazzja t’Alla li tana lil Ibnu Gesu b’Medjatur taghna l-bnedmin. Minnu kull bniedem irid jaghmel centru ta’ hajtu biex inissel fih u jzomm hajja l-grazzja t’Alla. “ Jiena id-dielja, intom il-frieghi. Min jibqa’ fija u jiena fih dan jaghmel bosta frott.”

Hadd ma jista jmieri dan il-fatt. Kemm habbew lil Kristu u kemm batew ghalih, il-qaddisin biex jghogbuh f’kollox; . U kemm merew lil qalbhom u sostnew hafna dwejjaq dawk li mxew u jimxu wara Kristu.

Minn fejn il-qaddisin gabu dan il-kuragg biex jeghlbu dak kollu li kien ta’ tfixkil fil-qadi ta’ dmirijiethom lejn Alla.? Mill-ghaqda u l-kommunjoni ma’ Gesu’. Gesu’ kien l-ikel tar-ruh taghhom. Gesu’ kien l-akbar habib taghhom. Mieghu kienu jaqsmu l-ferh u n-niket tal-hajja taghhom.

“Jiena il-dielja intom il-frieghi.”(Gv 15 :5) Mill-Mulej li qal : “Minghajri intom ma tistghu taghmlu xejn.” (Gv 15 :5). Fergha tmut jekk tkun maqtugha mid-dielja, imma zzomm fiha l- hajja u taghmel il-frott jekk tkun parti mis-sigra. Hekk ukoll ahna, il-grazzja t’Alla ssostnina jekk Gesu’ ikun c-centru ta’ hajjitna u ma’ hadd u ma’ xejn ma nibdluh.

Il-ghaqda taghna ma’ Kristu tkun tirrifletti ukoll l-ghaqda taghna mal-proxxmu. Ma tistax tkun mifrud mill-proxxmu tieghek bil-glied, bil-ghira u tghid li tkun maghqud m’Alla.

Make a free website with Yola