jesusandmary

 

NKUNU PREPARATI

 

 Mk 13, 33-37

 

F'DAK IŻ-ŻMIEN: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: "Kunu għajnejkom miftuħa, ishru, għax ma tafux meta se jasal il-waqt. Jiġri bħal meta bniedem ikun siefer u telaq mid-dar, iħalli kollox f'idejn il-qaddejja tiegħu, kull wieħed fuq xogħlu, u lil tal-bieb jordnalu biex jibqa' jishar. Mela ishru, għax ma tafux meta jerġa' jiġi sid id-dar, jekk hux filgħaxija, jew f'nofs il-lejl, jew xħin jidden is-serduk, jew inkella mas-sebħ, li ma jmurx jiġi għal għarrieda u jsibkom reqdin. U dak li qiegħed ngħid lilkom, qiegħed ngħidu għal kulħadd, ishru!"

Il-Kelma tal-Mulej.

HSIEB

Id-dizgrazzji jigrulna meta l-inqas nkunu nistennewhom. Bniedem sensibbli dejjem jipprepara ghal dak li jista jinqala'. U allura jipprotegi lilu niffsu billi jinxurja lil persuntu, lil daru u lil hwejgu, jfaddal biex meta jsib ma' wiccu xi problema jkollu biex jaffrontaha. Ghal anqas mentalment ikun lest ghal dak li jista' jinqala'. Din hi stampa ta' ragel bil-ghaqal.

Izda ragel iblah qatt ma jippjana ghall-gejjieni; qatt ma jara li fuqu jista' jigi xi kuntrarju. Kollox jiehu kif jghidu l-inglizi "for granted." U meta jattakka l-hazin, jaqbdu mnezza' minn kollox.
Tahseb inti li disgrazzja li tista tigi fuq kulhadd ma tistax tigi fuqek ukoll?

Jekk inti sejjer fuq vjagg, inti tipprepara ruhek sew b'hafna modi u manjieri. Tlesti il-bagalji bil-hwejjeg, tiehu hsieb li jkollok id-dokumenti kollha fl-ordni, tipprepara l-flus barranini jekk ikun il-kaz etc, fi ftit kliem ma thalli xejn barra li jista' jhassarlek il-vaganza tieghu barra pajjizek.
Il-Preparazzjoni allura hija ic-cavetta ghas-success mhux biss fi hwejjeg ta' din id-dinja imma aktar importanti fi hwejjeg li jirrigwardaw ir-ruh. U hekk kif inti tanticipa it-temp bil-movimenti tas-shab u l-irjieh, hekk ukoll inti tista tasal biex tifhem li qed tghix fi zminijiet incerti meta c-cirkustanzi ta' madwarek jimbidlu minn mument ghall-iehor bla ma qatt tkun tistenna.

Hawn qed nitkellmu mill-vjagg taghna lejn l-eternita'. Titlaq iva terga lura le. Taf li ser tibda izda qatt ma ser tasal fi tmiem. Ghal dejjem..........ghal dejjem..........ghal dejjem. Alura huwa mportanti li tkun attent, u ppreparat biex meta jasal dak il-mument tat-tluq dan ma johdokx ghal gharrieda.

Kristu ma jridx li xi hadd jintilef ghax ghalhekk gie fid-dinja: gie jipproklama l-helsien lil kulhadd. Qatt ma hu tard biex tahseb fuq dawk realtajiet spiritwali li hafna drabi jiddallmu minhabba il-preokkupazzjonijiet tad-dinja. Kristu qed iwissina ghal darba ohra biex nindmu, u nirrangaw hajjitna. Niftakru li jum wiehd ghad nidhlu fl-eternita' u nidhru quddiem Alla ghall-gudizzju biex naghtu kont ta' ghemilna. Jekk nghaddu minn dan l-ezami mberkin ahna ghax nidhlu fil-ferh ta' dejjem izda jekk jahasra nehlu ma hemmx riparatorju. Xortina tkun t-telfin ta' dejjem. Hija sitwazzjoni li tehtieg attenzjoni mmedjata; ma hemmx zmien x'nahlu. Nibdew naghmlu xi haga minn issa.

Make a free website with Yola