jesusandmary

 

 L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju ta' San Luqa.
Lq 24, 35-48

F'dak iż-żmien: Id-dixxipli kienu qegħdin itarrfu xi ġralhom fit-triq, u kif għarfu 'l Ġesù fil-qsim tal-ħobż. Kif kienu għadhom qegħdin jitkellmu, huwa nnifsu waqaf f'nofshom u qalilhom: "Is-sliem għalikom!" Huma twerwru bil-biża', għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma. Iżda hu qalilhom: "Għaliex tħawwadtu? Għaliex dan it-tħassib kollu f'qalbkom? Araw idejja u riġlejja. Jiena hu! Missuni, u ifhmu li l-Ispirtu ma għandux laħam u għadam bħalma qegħdin taraw li għandi jien." Huwa u jgħidilhom dan, uriehom idejh u riġlejh. Billi huma, bil-ferħ tagħhom, kienu għadhom ma jridux jemmnu u baqgħu mistagħġba, qalilhom: "Għandkom xi ħaġa ta' l-ikel hawn?" U ressqulu quddiemu biċċa ħuta mixwija. Ħadha, u kielha quddiemhom.

Imbagħad qalilhom: "Dan kien sewwa sew il-kliem li għidtilkom meta kont għadni magħkom: li jeħtieġ iseħħ kull ma nkiteb fuqi fil-Liġi ta' Mosè, fil-Profeti u s-Salmi." Imbagħad fetħilhom moħħhom biex jifhmu l-Iskrittura. U qalilhom: "Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u jqum mill-imwiet fit-tielet jum, u li lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm, tixxandar f'ismu l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet. Intom xhud ta' dan."


Il-qawmien glorjuz tal-Mulej taghna hu l-pedament tar-religjon taghna nisranija. Il-mewta tieghu fuq is-salib uriet bic-car li huwa hu bniedem; il-qawmien tieghu mill-imwiet turi bil-fatti li huwa Alla, Divin. Matul hajtu hu pproklama li kien Alla. Li kieku dan ma kienx minnu Alla Missieru ma kienx ser iqajmu mill-mewt. Huwa patta ghad-dnubiet ta' l-umanita' kollha bil-passjoni u l-mewt tieghu.

Bil-qawmien tieghu huwa fethilna l-bibien ghal-hajja eterna.  Minghajr il-qawmien ta‘ Kristu r-religjon nisranija ma kienet qatt tezisti. L-appostli kienu deluzi li l-imghallem taghhom waqa' vittma ta' l-ghedewwa tieghu. Id-dixxipli kollha kienu disorjentati b'dak li gara lil mexxejj taghhom u kull wiehed minnhom kien qed jahseb biex jirritorna lejn ix-xoghol antik tieghu. Ma kien fadlilhom ebda tama. Imma l-ahbar li gabitilhom Marija Madalena li l-gisem ta' Kristu ma hux fil-qabar dawritilhom fehemithom u taw zmiem liz-zmien. Meta Kristu dehrilhom hasbuh xi fantasma. Dawk kienu hsibiethom fuq ir-riseruzzjoni ta' Kristu.

Imma quddiem il-verita li ma setghux jichudha aktar, saru nies mibdula. L-Ispirtu qaddis t'Alla qawwihom fil-fidi u minghajr biza' aktar mill-mexxejja Lhud, hargu jxandru lil Kristu ma' kullimkien u ma' kulhadd. Hafna kienu li daru lejn ir-religjon nisranija u bdew jemmnu fi Kristu.

Min waqqaf il-knisja hu Kristu li la jqarraq u anqas jista jitqarraq ghax hu l-verita' infisha. Ghaddew mijiet ta' snin mit-twaqqif tal-knisja ta' Kristu li ghaddiet minn bost burraxki, izda ma tkissritx u baqghet tezisti u b'sahhitha.

Kieku l-qabar kellu jtemm ghal dejjem il- bniedem il-migja ta' Kristu kienet tkun ta' genn. Le, il-mewt qatt ma tista' tirbah il-bniedem ghax il-qawmien ta' Kristu rebah il-mewt u b'hekk il-bniedem jista jghix ghal dejjem. Jghaddi xi zmien hawn fuq l-art, sittin, sebghin, tmenin jew aktar snin biex imbaghad jmur jghix ma' Alla ghal dejjem. Grazzi ghal Kristu Rxoxt.

Il-ferh taghna etern hu rebha ghalina permezz ta' Kristu. O li kieku nzommu shih fil-fidi mal-Mulej u nkunu lesti li nghaddu minn kalvarji izghar ghal imhabba ta' Kristu!

Jekk naghmlu hekk nistghu nistennew b'tama qaddisa lil anglu li jum wiehed igerbeb il-gebla tal-qabar taghna u johodna ghand il-Missier taghna tas-sena fil-glorja ta' dejjem.

Make a free website with Yola